This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0451
Case T-451/17: Action brought on 20 July 2017 — Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie v Commission
Kawża T-451/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2017 – Verband der Deutshcen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni
Kawża T-451/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2017 – Verband der Deutshcen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni
ĠU C 318, 25.9.2017, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/15 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2017 – Verband der Deutshcen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-451/17)
(2017/C 318/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie e.V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Stein, P. Friton u H.-J. Prieß, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rreġistrata bin-numru BK/abd/ener.c.1(2017)2122195, sa fejn, fil-paġna 5 tipprevedi l-użu ta’ fattur ta’ emissjonijiet ta’ 99,57 g CO2eq għal kull MJ ta’ metanol għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-bijodiżil; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv: ksur tad-Direttiva 2009/28/KE (1) minħabba li ma ġietx segwita l-metodoloġija tal-kalkolu speċifikata.
|
2. |
It-tieni motiv: ksur tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi minħabba li ġie stabbilit perijodu tranżitorju irraġonevolment qasir sabiex fih is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni jimplementaw il-metodoloġija ta’ kalkolu li tmur kontra d-Direttiva, li jiskadi fl-1 ta’ Settembru 2017.
|
(1) Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).