EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0436

Kawża T-436/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 300, 11.9.2017, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/33


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/17)

(2017/C 300/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit), European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju), The International Chemical Secretariat (Gothenburg, l-Isvezja), International POPs Elimination Network (IPEN) (Gothenburg) (rappreżentant: A. Jones, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikkjara l-applikazzjoni ammissibbli u fondata;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2914 finali, tat-2 ta’ Mejju 2017, li tirrifjuta li teżamina mill-ġdid id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM (2016) 5644 li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU 2006, L 396, p. 1);

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)5644;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti;

tordna kwalunkwe miżura oħra li tikkunsidra xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni rigward l-allegata konformità tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ DCC Maastricht BV fis-sens tal-Artikoli 62 u 60(7) tar-Regolament REACH.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH rigward l-evalwazzjoni soċjo-ekonomika.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikoli 60(4) u 60(5) tar-Regolament REACH rigward l-analiżi ta’ alternattivi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni rigward l-applikazzjoni ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-obbligu li jingħataw motivi u l-prinċipju ta’ prekawzjoni, fil-kuntest tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament REACH.


Top