This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TJ0202
Judgment of the General Court (First Chamber) of 9 June 2021 (Extracts).#Ana Calhau Correia de Paiva v European Commission.#Language regime – Competition EPSO/AD/293/14 for the recruitment of administrators in the fields of competition law, corporate finance, financial economics, industrial economics and macroeconomics (AD 7) – Non-inclusion on the reserve list – Plea of illegality – Limitation of the choice of the second language of the competition to English, French or German – Regulation No 1 – Article 1d(1) of the Staff Regulations – Discrimination based on language – Justification – Interests of the service.#Case T-202/17.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2021 (Estratti).
Ana Calhau Correia de Paiva vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Sistema lingwistika – Kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tal-finanzi ta’ impriża, tal-ekonomija finanzjarja, tal-ekonomija tal-industrija u tal-makroekonomija (AD 7) – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni – Interess tas-servizz.
Kawża T-202/17.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2021 (Estratti).
Ana Calhau Correia de Paiva vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Sistema lingwistika – Kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tal-finanzi ta’ impriża, tal-ekonomija finanzjarja, tal-ekonomija tal-industrija u tal-makroekonomija (AD 7) – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni – Interess tas-servizz.
Kawża T-202/17.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:323
SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)
9 ta’ Ġunju 2021 ( *1 )
“Sistema lingwistika – Kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tal-finanzi ta’ impriża, tal-ekonomija finanzjarja, tal-ekonomija tal-industrija u tal-makroekonomija (AD 7) – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni – Interess tas-servizz”
Fil-Kawża T‑202/17,
Ana Calhau Correia de Paiva, residenti fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentata minn V. Villante, G. Pandey u D. Rovetta, avukati,
rikorrenti,
kontra
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn L. Radu Bouyon, I. Melo Sampaio u L. Vernier, bħala aġenti,
konvenuta,
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 – Amministraturi (AD 7) fl-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tal-finanzi ta’ impriża, tal-ekonomija finanzjarja, tal-ekonomija tal-industrija u tal-makroekonomija tad‑9 ta’ Novembru 2015 li ma tinkludix l-isem tar-rikorrenti fuq il-lista ta’ riżerva stabbilita fi tmiem il-proċedura ta’ għażla, it-tieni, tad-deċiżjoni tat‑23 ta’ Ġunju 2016 li tirrigwarda eżami mill-ġdid ta’ din l-ewwel deċiżjoni, it-tielet, tad-deċiżjoni tat‑22 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-ewwel deċiżjoni u, ir-raba’, tal-lista stabbilita fi tmiem il-proċedura ta’ għażla msemmija iktar ’il fuq sa fejn tikkonċerna l-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni,
IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),
komposta minn H. Kanninen, President, O. Porchia (Relatur) u M. Stancu, Imħallfin,
Reġistratur: B. Lefebvre, Amministratur,
wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas‑6 ta’ Ottubru 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
[omissis]
II. Proċedura u t-talbiet tal-partijiet
15 |
Permezz ta’ att ippreżentat quddiem ir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑31 ta’ Marzu 2017, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors. |
16 |
Fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors kien pendenti, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, appell ippreżentat mill-Kummissjoni fil‑25 ta’ Novembru 2016 u rreġistrat bin-numru tal-Kawża C‑621/16 P kontra s-sentenza tal‑15 ta’ Settembru 2016, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (T‑353/14 u T‑17/15, EU:T:2016:495). Permezz ta’ din l-aħħar sentenza, il-Qorti Ġenerali kienet annullat l-avviżi tal-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/276/14, bil-għan li tiġi stabbilita lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (ĠU 2014, C 74 A, p. 1), u EPSO/AD/294/14, bil-għan li tiġi stabbilita lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data (ĠU 2014, C 391 A, p. 1). |
17 |
Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑16 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni talbet, abbażi tal-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, is-sospensjoni tal-proċedura f’din il-kawża sal-għoti tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li ttemm l-istanza fil-Kawża C‑621/16 P. |
18 |
Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑6 ta’ Lulju 2017, ir-rikorrenti opponiet is-sospensjoni tal-proċedura. |
19 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal‑11 ta’ Lulju 2017, adottata abbażi tal-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura, il-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li jissospendi l-proċedura. |
20 |
Wara l-għoti tas-sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2019, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑621/16 P, EU:C:2019:251), fuq proposta tal-Imħallef Relatur, fl‑4 ta’ April 2019, il-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) adottat miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura li tikkonsisti f’li l-partijiet jiġu mistoqsija dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mill-imsemmija sentenza u mis-sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2019, Spanja vs Il‑Parlament (C‑377/16, EU:C:2019:249), għal din il-kawża. Il-partijiet ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward fit-terminu stabbilit. |
21 |
Fil‑5 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta. |
22 |
Ir-replika u l-kontroreplika ġew ippreżentati rispettivament fit‑23 ta’ Settembru u fil‑11 ta’ Novembru 2019. Fl‑20 ta’ Novembru 2019, ingħalqet il-proċedura bil-miktub. |
23 |
Fit‑22 ta’ Ottubru 2019, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, permezz ta’ deċiżjoni motivata u wara konsultazzjoni mal-imħallfin ikkonċernati, il-President tal-Qorti Ġenerali ħatar, skont l-Artikolu 27(3) tar-Regoli tal-Proċedura, imħallef relatur ġdid, sedenti fl-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali. |
24 |
Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑12 ta’ Diċembru 2019, ir-rikorrenti talbet li tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali, skont l-Artikolu 106(2) tar-Regoli tal-Proċedura. |
25 |
Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess ġurnata, ir-rikorrenti ppreżentat provi ġodda, billi bbażat ruħha fuq l-Artikolu 85(3) u (4) tar-Regoli tal-Proċedura. Il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-imsemmija offerti ta’ provi fit-terminu mogħti u kkontestat, f’din l-okkażjoni, l-ammissibbiltà tagħhom. |
26 |
Fil‑21 ta’ Lulju 2020, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissjoni. Hija ssodisfat din it-talba fit-terminu stabbilit. |
27 |
Fil‑21 ta’ Settembru 2020, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet, filwaqt li stednithom iweġbuhom waqt is-seduta. |
28 |
Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet bil-miktub u orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu matul is-seduta tas‑6 ta’ Ottubru 2020. |
29 |
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
30 |
Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tordna miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura billi tordna lill-Kummissjoni tipproduċi l-fajls kollha tal-EPSO dwar l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li qiegħed jintalab l-annullament tagħhom. |
31 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
III. Fid-dritt
[omissis]
B. Fuq il-mertu
[omissis]
1. Fuq it-tieni, it-tielet u r-raba’ motiv, ibbażati fuq l-illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni minħabba l-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż jew għall-Franċiż
[omissis]
a) Fuq l-ammissibbiltà tal-eċċezzjoni ta’ illegalità
41 |
Insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, il-Kummissjoni ssostni li mill-ġurisprudenza jirriżulta li, fil-kuntest ta’ lment li jikkontesta deċiżjoni ta’ Bord tal-Għażla, kandidat ma jistax jibbaża ruħu fuq l-allegata irregolarità tal-avviż ta’ kompetizzjoni jekk ma jkunx ikkontesta fi żmien utli d-dispożizzjonijiet tal-imsemmi avviż li, fil-fehma tiegħu, jikkawżawlu preġudizzju. Huwa biss jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta stretta bejn il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni li rikorrent ikun jista’ jikkontesta l-legalità tal-avviż. F’dan il-każ, skont il-Kummissjoni, ma hemmx rabta bejn ir-raġunijiet tan-nuqqas ta’ inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva u l-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni inkwistjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż jew għall-Franċiż. B’mod partikolari, tali rabta ma tistax tiġi dedotta mill-kummenti magħmula fil-passaport tal-kompetenzi tar-rikorrenti dwar il-kompetenza ġenerali “komunikazzjoni”. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, il-prestazzjoni tar-rikorrenti f’dan ir-rigward ġiet ikkunsidrata bħala “sodisfaċenti”, li jipprova li l-fatt li għaddiet mill-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni bil-Franċiż ma huwiex il-kawża tan-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ riżerva. |
42 |
Ir-rikorrenti tikkontesta l-argumenti tal-Kummissjoni. |
43 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 277 TFUE, kull parti tista’, f’kawża li tinvolvi att ta’ portata ġenerali adottat minn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni, tinvoka l-motivi previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE sabiex tinvoka quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-inapplikabbiltà ta’ dan l-att (sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2020, Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill vs Carreras Sequeros et, C‑119/19 P u C‑126/19 P, EU:C:2020:676, punt 66). |
44 |
Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi l-espressjoni ta’ prinċipju ġenerali li jiżgura lil kull parti d-dritt li tikkontesta, b’mod inċidentali, sabiex tikseb l-annullament ta’ deċiżjoni indirizzata lilha, il-validità tal-atti ta’ portata ġenerali li jifformaw il-bażi ta’ tali deċiżjoni (sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2020, Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill vs Carreras Sequeros et, C‑119/19 P u C 126/19 P, EU:C:2020:676, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
45 |
Peress li l-Artikolu 277 TFUE ma huwiex intiż li jippermetti lil parti tikkontesta l-applikabbiltà ta’ kwalunkwe att ta’ portata ġenerali insostenn ta’ kwalunkwe rikors, l-att li titqajjem l-illegalità tiegħu għandu jkun applikabbli, direttament jew indirettament, għall-każ li jkun is-suġġett tar-rikors (sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2020, Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill vs Carreras Sequeros et, C‑119/19 P u C‑126/19 P, EU:C:2020:676, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
46 |
Huwa għalhekk li, fil-kuntest ta’ rikorsi għal annullament ippreżentati kontra deċiżjonijiet individwali, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li jistgħu jkunu b’mod validu s-suġġett ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità d-dispożizzjonijiet ta’ att ta’ portata ġenerali li jikkostitwixxu l-bażi tal-imsemmija deċiżjonijiet jew li għandhom rabta ġuridika ma’ tali deċiżjonijiet (sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2020, Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill vs Carreras Sequeros et, C‑119/19 P u C‑126/19 P, EU:C:2020:676, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
47 |
Fir-rigward b’mod partikolari ta’ avviż ta’ kompetizzjoni, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reklutaġġ, li hija operazzjoni amministrattiva kumplessa komposta minn sensiela ta’ deċiżjonijiet, kandidat għal kompetizzjoni jista’, fl‑okkażjoni ta’ rikors ippreżentat kontra att sussegwenti, jinvoka l‑irregolarità tal-atti preċedenti li huma marbuta mill-qrib miegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Awwissu 1995, Il‑Kummissjoni vs Noonan, C‑448/93 P, EU:C:1995:264, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata), u jinvoka, b’mod partikolari, l-illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni li abbażi tiegħu ttieħed l-att inkwistjoni (ara s-sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 2017, PB vs Il‑Kummissjoni, T‑609/16, EU:T:2017:910, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
48 |
Il-fatt li l-avviż ta’ kompetizzjoni ma ġiex ikkontestat fit-termini ma jipprekludix li rikorrent jinvoka irregolaritajiet li seħħew matul l‑iżvolġiment tal-kompetizzjoni, anki jekk tali irregolaritajiet joriġinaw mit-test tal-avviż ta’ kompetizzjoni (sentenza tal‑31 ta’ Jannar 2006, Giulietti vs Il‑Kummissjoni, T‑293/03, EU:T:2006:37, punt 40 u l‑ġurisprudenza ċċitata). |
49 |
Iktar preċiżament, meta l-motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-avviż ta’ kompetizzjoni, li ma jkunx ġie kkontestat fil-ħin, jikkonċerna l-motivi tad-deċiżjoni individwali kkontestata, l-ammissibbiltà tar-rikors hija aċċettata mill-ġurisprudenza. Fil-fatt, kandidat għal kompetizzjoni ma jistax jiġi mċaħħad mid-dritt li jikkontesta, fl-elementi kollha tagħha, inklużi dawk iddefiniti fl-avviż ta’ kompetizzjoni, il-fondatezza tad‑deċiżjoni individwali adottata fir-rigward tiegħu b’eżekuzzjoni tal‑kundizzjonijiet iddefiniti f’dan l-avviż, sa fejn tkun din id-deċiżjoni ta’ applikazzjoni biss li tindividwalizza s-sitwazzjoni legali tiegħu u tippermettilu jsir jaf b’ċertezza kif u sa fejn l-interessi partikolari tiegħu huma affettwati (ara s-sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 2017, PB vs Il‑Kummissjoni, T‑609/16, EU:T:2017:910, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
50 |
Għall-kuntrarju, fin-nuqqas ta’ rabta stretta bejn il-motivi stess tad-deċiżjoni kkontestata u l-motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni li ma jkunx ġie kkontestat fil-ħin, dan tal-aħħar għandu jiġi ddikjarat inammissibbli, skont ir-regoli ta’ ordni pubbliku dwar it-termini għall-preżentata ta’ rikors, li ma tistax issir deroga minnhom, f’każ bħal dan, mingħajr ma jiġi ppreġudikat il-prinċipju ta’ ċertezza legali (ara s-sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 2017, PB vs Il‑Kummissjoni, T‑609/16, EU:T:2017:910, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
51 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tiġi eżaminata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni kontra l‑eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni. |
52 |
L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, permezz tal-eċċezzjoni ta’ illegalità tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta, essenzjalment, id-dispożizzjonijiet tal-avviż ta’ kompetizzjoni dwar is-sistema lingwistika, jiġifieri l-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż. Din it-tieni lingwa intużat, b’mod partikolari, għall-eżamijiet intiżi sabiex jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali u speċifiċi tal-kandidati li saru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. |
53 |
It-tieni nett, fir-rigward tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, għandu jitfakkar li, permezz ta’ ittra tad‑9 ta’ Novembru 2015, ir-rikorrenti ġiet informata li isimha ma kienx ġie inkluż fil-lista ta’ riżerva minħabba li hija ma kinitx kisbet l-ogħla punti għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, fid-deċiżjoni kkontestata, huwa indikat li l-Bord tal-Għażla eżamina bir-reqqa l-marki li kienu ġew attribwiti lir-rikorrenti għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, li huwa rreveda l-evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali u speċifiċi tiegħu u li kkonkluda li r-riżultati tagħha kienu jirriflettu l-prestazzjonijiet tagħha fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. |
54 |
It-tielet nett, mill-“passaport ta’ kompetenzi” maħruġ lir-rikorrenti jirriżulta li, għall-kompetenza ġenerali “komunikazzjoni”, hija kisbet 5.5 punti minn 10, li huwa fost l-evalwazzjonijiet u l-marki l-iktar baxxi li hija kisbet f’dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali tagħha li nżammet fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Il-kejl ta’ dawn il-kompetenzi kien intiż, skont il-punt 1.2 tad-dispożizzjonijiet ġenerali, li kien jirreferi għan-nota ta’ qiegħ il-paġna numru 7 tal-avviż tal-kompetizzjoni, sabiex tiġi evalwata l-kapaċità ta’ kandidat sabiex “[i]kun jista’ jikkomunika b’mod ċar u preċiż, kemm oralment kif ukoll bil-miktub”. Minn dan hija dedotta, impliċitament iżda neċessarjament, konstatazzjoni tal-Bord tal-Għażla fir-rigward tar-rikorrenti fir-rigward tal-konoxxenza tagħha tal-lingwa Franċiża jew, tal-inqas, fir-rigward tal-ħakma ta’ kompetenza kkundizzjonata ħafna mill-għarfien li din kellha ta’ din il-lingwa. |
55 |
Ir-raba’ nett, għalkemm, ċertament, l-avviż ta’ kompetizzjoni ma kienx jipprevedi eżami marbut mal-konoxxenzi speċifiċi tar-rikorrenti, f’termini ta’ vokabularju jew ta’ grammatika, tal-lingwa Ġermaniża, Ingliża jew Franċiża, ma jistax jiġi miċħud li teżisti rabta stretta bejn il-konoxxenzi tar-rikorrenti tal-lingwa Franċiża, li hija għażlet bħala t-tieni lingwa, u t-testijiet li hija kellha tagħmel f’din il-lingwa. Fil-fatt, l-għarfien li r-rikorrenti għandha tal-lingwa Franċiża huwa inevitabbilment u neċessarjament rifless fl-eżamijiet intiżi sabiex jiġu ttestjati l-kompetenzi ġenerali u speċifiċi kif previsti mill-kompetizzjoni inkwistjoni. |
56 |
F’dan ir-rigward, huwa stabbilit li l-opportunità li jinkisbu l-aħjar marki fl-eżamijiet hija ogħla jekk dawn l-eżamijiet jiġu ppreżentati bil-lingwa materna tal-kandidat jew bil-lingwa li dan tal-aħħar ikollu konoxxenza tajba ħafna tagħha (sentenza tat‑2 ta’ Lulju 2014, Da Cunha Almeida vs Il‑Kummissjoni, F‑5/13, EU:F:2014:176, punt 38), u dan iktar u iktar fil-kuntest ta’ eżami tekniku, bħall-istudju ta’ każ. |
57 |
Issa, minn naħa, huwa paċifiku li l-Portugiż huwa l-lingwa materna tar-rikorrenti. Min-naħa l-oħra, minkejja li, kif tenfasizza l-Kummissjoni, ir-rikorrenti ddikjarat, fl-att tal-kandidatura tagħha, li għandha livell tal-Franċiż ekwivalenti għal-livell C2 taċ-CECR, bħall-Portugiż, u li wettqet parti mill-istudji tagħha fil-Belġju u fi Franza, xorta jibqa’ l-fatt li hija tafferma quddiem il-Qorti Ġenerali, mingħajr ma ġiet ikkontestata f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni, li għandha ħakma ikbar tal-lingwa materna tagħha milli tal-Franċiż. Dan il-fatt huwa barra minn hekk partikolarment probabbli, fid-dawl tal-perkors akkademiku u professjonali tar-rikorrenti, kif indikat minnha fl-att ta’ kandidatura tagħha, li minnu jirriżulta li kemm l-istudji tagħha kif ukoll il-karriera professjonali tagħha saru, essenzjalment, fil-Portugall. |
58 |
Il-ħames nett, għandu jiġi enfasizzat li l-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni għat-tliet lingwi inkwistjoni ma taffettwax biss il-kapaċità tal-kandidati li jesprimu ruħhom oralment jew bil-miktub, iżda tiddetermina wkoll it-tip ta’ tastiera li l-kandidati jistgħu jużaw għat-twettiq tal-istudju tal-każ, peress li l-provvista lill-kandidati tat-tastieri hija, skont il-prassi tal-EPSO, ikkonfermata mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali, limitata għal-lingwa (u, jekk ikun il-każ, għal-lingwi) li fiha għandhom isiru l-eżamijiet. Issa, f’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti kienet imġiegħla tuża tip ta’ tastiera li hija ma kinitx normalment tuża minħabba l-lingwa materna tagħha. Għandu jiġi kkonstatat li din iċ-ċirkustanza għandha effett fuq it-twettiq u, għalhekk, potenzjalment, fuq ir-riżultat ta’ eżami, li matulu huwa meħtieġ li jinkiteb, permezz ta’ tastiera, test ta’ ċertu tul f’ħin limitat. |
59 |
Is-sitt nett, fir-rigward tal-argument imressaq mill-Kummissjoni waqt is-seduta li rabta mill-qrib tista’ teżisti biss jekk ir-riżultati tal-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali tal-kandidati jirriżultaw negattivi jew katastrofiċi, għandu jiġi kkonstatat li tali argument iwassal sabiex tiġi sostnuta, mingħajr ġustifikazzjoni, applikazzjoni iktar stretta tal-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ rabta stretta meta l-illegalità li hija eċċepita tkun marbuta mar-reġim lingwistiku tal-kompetizzjoni. |
60 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li teżisti rabta stretta bejn il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u d-dispożizzjonijiet tal-avviż ta’ kompetizzjoni dwar is-sistema lingwistika tal-kompetizzjoni inkwistjoni li l-legalità tagħha hija kkontestata. |
61 |
Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda u l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni mqajma mir-rikorrenti għandha tiġi ddikjarata ammissibbli. [omissis] |
Għal dawn ir-raġunijiet, IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Kanninen Porchia Stancu Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid‑9 ta’ Ġunju 2021. Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.