EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0086

Kawża T-86/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Le Pen vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Membru tal-Parlament Ewropew — Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza Parlamentari — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 178, 6.6.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-86/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza Parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 178/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marion Anne Perrine Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, tal-5 ta’ Diċembru 2016, li tikkonstata li l-ammont ta’ EUR 298 497,87 kien ġie indebitament imħallas lir-rikorrenti u kellu jiġi rkuprat minn għandha, kif ukoll tan-nota ta’ debitu 2016-1560, tas-6 ta’ Diċembru 2016, suċċessiva għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top