Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0825

Kawża T-825/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2018 – Carbon System Verwaltungs vs EUIPO (LIGHTBOUNCE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LIGHTBOUNCE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

ĠU C 427, 26.11.2018, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/64


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2018 – Carbon System Verwaltungs vs EUIPO (LIGHTBOUNCE)

(Kawża T-825/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LIGHTBOUNCE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2018/C 427/85)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Carbon System Verwaltungs GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Gilch u L. Petri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 2301/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LIGHTBOUNCE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carbon System Verwaltungs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


Top