Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0806

    Kawża T-806/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2019 – BASF u REACH & colours vs ECHA (“REACH – Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/9 – Obbligu ta’ sottomissjoni konġunta ta’ data – Sottomissjoni konġunta b’għażla ta’ deroga kompleta – Prassi amministrattiva tal-ECHA li timponi ftehim dwar il-kundizzjonijiet għal aċċess għal sottomissjoni konġunta mar-reġistrant prinċipali għal sustanza rreġistrata – Assenza ta’ ftehim – Mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim applikat b’analoġija – Deċiżjoni li tagħti l-aċċess għal sottomissjoni konġunta – Bażi legali – Setgħa diskrezzjonali tal-ECHA – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ċertezza legali”)

    ĠU C 423, 16.12.2019, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2019 – BASF u REACH & colours vs ECHA

    (Kawża T-806/17) (1)

    (“REACH - Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/9 - Obbligu ta’ sottomissjoni konġunta ta’ data - Sottomissjoni konġunta b’għażla ta’ deroga kompleta - Prassi amministrattiva tal-ECHA li timponi ftehim dwar il-kundizzjonijiet għal aċċess għal sottomissjoni konġunta mar-reġistrant prinċipali għal sustanza rreġistrata - Assenza ta’ ftehim - Mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim applikat b’analoġija - Deċiżjoni li tagħti l-aċċess għal sottomissjoni konġunta - Bażi legali - Setgħa diskrezzjonali tal-ECHA - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ċertezza legali”)

    (2019/C 423/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BASF SE (Ludwigshafen-sur-le-Rhin, il-Ġermanja) u REACH & colours Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (REACH & colours Kft.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: R. Cana, D. Abrahams, E. Mullier u H. Widemann, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, C. Jacquet u T. Basmatzi, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni DSH-30-3-D-0123-2017 tal-ECHA, tat-2 ta’ Ottubru 2017, li tagħti lil Sustainability Support Services (Europe) AB l-aċċess għas-sottomissjoni konġunta ppreżentata minn REACH & colours, bħala r-reġistrant prinċipali għas-sustanza hexasodium 2,2’-[vinylenebis[(3-sulphonato-4,1-phenylene)imino[6-(diethylamino)-1, 3, 5-triazine-4,2-diyl]imino]]bis(benzene-1,4-disulphonate), bin-numru KE 255-217-5 u n-numru CAS 41098-56-0.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    BASF SE, REACH & colours Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (REACH & colours Kft.) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


    Top