Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0510

    Kawża T-510/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Del Valle Ruíz et vs Il-Kummissjoni u SRB (“Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Adozzjoni mis-SRB ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Dritt għal smigħ – Delega tal-poter – Dritt għall-proprjetà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikoli 18, 20 u 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014”)

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Del Valle Ruíz et vs Il-Kummissjoni u SRB

    (Kawża T-510/17) (1)

    (“Unjoni ekonomika u monetarja - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli - Adozzjoni mis-SRB ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Dritt għal smigħ - Delega tal-poter - Dritt għall-proprjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikoli 18, 20 u 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014”)

    (2022/C 284/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Antonio Del Valle Ruíz (Messiku, il-Messiku) u 41 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: J. Pobjoy, barrister, B. Kennelly, QC, u S. Walker, solicitor)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti), Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. King u M. Fernández Rupérez, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Etienne, M. Menegatti, M. Sammut, L. Stefani u M. Martínez Iglesias, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, J. Bauerschmidt, A. Westerhof Löfflerová u H. Marcos Fraile, aġenti), Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo, A. Rodríguez Conde, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukati, u G. Cahill, barrister)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tas-sessjoni eżekuttiva tas-SRB, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (ĠU 2017, L 178, p. 15).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Antonio Del Valle Ruíz u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawn sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, il-Bord ta’ Riżoluzzjoni Unika (SRB) u Banco Santander, SA.

    3)

    Ir-Renju ta’ Spanja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


    Top