Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0500

    Kawża T-500/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Dannu – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Rabta kawżali”)

    ĠU C 423, 16.12.2019, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-500/17) (1)

    (“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Dannu - Twaqqigħ tal-prezzijiet - Rabta kawżali”)

    (2019/C 423/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd (Huangshi, iċ-Ċina) (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u N. Kuplewatzky, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: ArcelorMittal Tubular Products Roman SA (Roman, ir-Rumanija), Válcovny trub Chomutov a.s. (Chomutov, ir-Repubblika Ċeka), Vallourec Deutschland GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u B. Byrne, solicitor)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal-11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2017, L 121, p. 3), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal-11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn jikkonċerna l-prodotti mmanifatturati minn Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Hubei Xinyegang Special Tube.

    3)

    ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Válcovny trub Chomutov a.s. u Vallourec Deutschland GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


    Top