Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0222

    Kawża T-222/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 — Recylex et vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tar-riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza taċ-ċomb u tal-aċtu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Koordinazzjoni tal-prezzijiet tax-xiri — Multi — Punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 — Punt 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Ġurisdizzjoni sħiħa”)

    ĠU C 246, 22.7.2019, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 246/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 — Recylex et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-222/17) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tar-riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza taċ-ċomb u tal-aċtu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Koordinazzjoni tal-prezzijiet tax-xiri - Multi - Punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 - Punt 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

    (2019/C 246/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Recylex SA (Pariġi, Franza), Fonderie et Manufacture de Métaux SA (Brussell, il-Belġju), Harz-Metall GmbH (Goslar, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wellinger, S. Reinart u K. Bongs, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rogalski, J. Szczodrowski u F. van Schaik, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 900 final tat-8 ta’ Frar 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.40018 — Riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Recylex SA, Fonderie et Manufacture de Métaux SA u Harz-Metall GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


    Top