This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0119(01)
Case T-119/17 RENV: Judgment of the General Court of 12 May 2021 — Alba Aguilera and Others v EEAS (Civil service — Officials — Temporary agents — Contract staff — Remuneration — EEAS staff posted to a third country — Article 10 of Annex X to the Staff Regulations — Annual assessment of allowance for living conditions — Decision on reduction of the allowance for living conditions for staff posted to Ethiopia from 30 to 25 % — Regional coherence — Manifest errors of assessment)
Kawża T-199/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Alba Aguilera et vs SEAE (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz – Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien – Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien għall-persunal assenjat fl-Etjopja minn 30 għal 25 % – Koerenza reġjonali – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)
Kawża T-199/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Alba Aguilera et vs SEAE (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz – Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien – Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien għall-persunal assenjat fl-Etjopja minn 30 għal 25 % – Koerenza reġjonali – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)
ĠU C 263, 5.7.2021, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Alba Aguilera et vs SEAE
(Kawża T-199/17 RENV) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien - Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien għall-persunal assenjat fl-Etjopja minn 30 għal 25 % - Koerenza reġjonali - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)
(2021/C 263/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ruben Alba Aguilera (Addis Ababa, l-Etjopja) u s-27 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, C. García Fernández u F.-M. Hislaire, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ADMIN(2016) 7 tas-SEAE tad-19 ta’ April 2016 dwar l-istabbiliment tal-AKGĦ imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura 2016, sa fejn tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallas lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fl-Etjopja.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ADMIN(2016) 7 tad-Direttur Ġenerali tal-Baġit u l-Amministrazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-19 ta’ April 2016, dwar l-istabbiliment tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien msemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura 2016 hija annullata, sa fejn tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallas lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fl-Etjopja. |
2) |
Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti fil-Kawżi T-119/17, C-427/18 P u T-119/17 RENV. |