Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0615

    Kawża C-615/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ottubru 2017 – Eurowings GmbH vs Klaus Rövekamp, Christiane Rupp

    ĠU C 63, 19.2.2018, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ottubru 2017 – Eurowings GmbH vs Klaus Rövekamp, Christiane Rupp

    (Kawża C-615/17)

    (2018/C 063/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Eurowings GmbH

    Konvenuti: Klaus Rövekamp, Christiane Rupp

    Domanda preliminari

    Jeżisti wkoll dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (1) meta, minħabba dewmien relattivament minimu fil-wasla, passiġġier ma jirnexxilux jaqbad titjira ta’ korrispondenza diretta u meta dan ikollu bħala konsegwenza dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar fid-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet ikunu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u meta r-riżervazzjoni tkun ġiet ikkonfermata minn organizzatur tal-vjaġġi li jkun għaqqad it-titjiriet għall-klijent tiegħu?


    (1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top