EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0494

Kawża C-494/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Trento (l-Italja) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR vs Fabio Rossato, Conservatorio di Musica F.A. Bonporti

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Trento (l-Italja) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR vs Fabio Rossato, Conservatorio di Musica F.A. Bonporti

(Kawża C-494/17)

(2017/C 374/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR

Appellant inċidentali: Fabio Rossato

Konvenut: Conservatorio di Musica F.A. Bonporti

Domanda preliminari

Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat, anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(95), (131) u (132) tal-Liġi Nru 107/2015 tal-Istat Taljan, li d-dispożizzjonijiet tiegħu jipprevedu, għall-għalliema, it-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat għall-ġejjieni, mingħajr effett retroattiv u mingħajr kumpens għad-dannu, bħala miżuri li huma ta’ natura proporzjonata, suffiċjentement effettiva u dissważiva sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja sħiħa tar-regoli tal-ftehim qafas għal dak li jikkonċerna l-ksur tiegħu permezz tal-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi matul il-perijodu preċedenti għall-perijodu li għalih il-miżuri previsti minn dawn ir-regoli huma intiżi sabiex jipproduċu l-effetti tagħhom?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


Top