Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0486

    Kawża C-486/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Olympus Italia Srl vs Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata di Rionero in Vulture (I.R.C.C.S. CROB)

    ĠU C 374, 6.11.2017, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Olympus Italia Srl vs Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata di Rionero in Vulture (I.R.C.C.S. CROB)

    (Kawża C-486/17)

    (2017/C 374/22)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Olympus Italia Srl

    Konvenut: Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata di Rionero in Vulture (I.R.C.C.S. CROB)

    Domanda preliminari

    Il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, flimkien mal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza, previsti fid-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġiżlazzjoni Taljana bbażata fuq id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 95(10) u 83(9) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016, skont liema n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tal-ispejjeż ta’ sigurtà tal-impriża, fl-offerti ekonomiċi ta’ proċedura ta’ għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, tiddetermina fi kwalunkwe każ l-esklużjoni tal-offerenti mingħajr il-possibbiltà ta’ għajnuna fit-tfassil tad-dokumenti (“soccorso istruttorio”), inkluż fil-każ fejn l-obbligu sabiex jiġu indikati separatament dawn l-ispejjeż ma kienx ġie speċifikat fil-formola annessa qabel intużat u tlestiet għat-tressiq tal-offerti, u dan indipendentement mill-fatt li, mill-perspettiva tal-mertu, l-offerta tosserva l-ispejjeż minimi ta’ siġurtà tal-impriża?


    (1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku [kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


    Top