This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0478
Case C-478/17: Request for a preliminary ruling from the Tribunalul Cluj (Romania) lodged on 9 August 2017 — IQ v JP
Kawża C-478/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – IQ vs JP
Kawża C-478/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – IQ vs JP
ĠU C 347, 16.10.2017, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – IQ vs JP
(Kawża C-478/17)
(2017/C 347/22)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IQ
Konvenut: JP
Domandi preliminari
1) |
L-espressjoni “il-qrati ta’ xi Stat Membru li għandhom il-ġurisdizzjoni dwar is-sostanza ta’ l-kwistjoni” li tinsab fl-Artikolu 15, tirreferi kemm għall-qrati tal-ewwel istanza kif ukoll għall-qrati tal-appell? Għandu jiġi stabbilit jekk il-kawża tistax tiġi ttrasferita lil qorti iktar adattata sabiex tisma’ l-kawża, fis-sens tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003 (1), jekk il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni u li tintalab tittrasferixxi l-kawża lil qorti iktar adattata tkun qorti tal-appell, filwaqt li l-awtorità iktar adattata tkun qorti tal-ewwel istanza. |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fir-rigward tas-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza kif għandha taġixxi l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni u li tittrasferixxi l-kawża lill-qorti iktar adattata sabiex tisma’ l-kawża? |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).