This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0457
Case C-457/17: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 31 July 2017 — Heiko Jonny Maniero v Studienstiftung des deutschen Volkes eV
Kawża C-457/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtschof (il-Ġermanja) fit-31 ta’ Lulju 2017 – Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV
Kawża C-457/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtschof (il-Ġermanja) fit-31 ta’ Lulju 2017 – Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV
ĠU C 347, 16.10.2017, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtschof (il-Ġermanja) fit-31 ta’ Lulju 2017 – Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV
(Kawża C-457/17)
(2017/C 347/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtschof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Heiko Jonny Maniero
Konvenuta: Studienstiftung des deutschen Volkes eV
Domandi preliminari
1) |
L-għoti permezz ta’ assoċjazzjoni rreġistrata ta’ boroż ta’ studju, li huma intiżi li jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji barra mill-pajjiż jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43/KE (1)? |
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv: Fil-każ tal-għoti tal-boroż ta’ studju msemmija fl-ewwel domanda preliminari, ir-rekwiżit ta’ parteċipazzjoni relatat mal-fatt li persuna tgħaddi mill-ewwel eżami tal-Istat ta’ liġi fil-Ġermanja jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta fil-konfront ta’ kandidat fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43/KE, meta l-kandidat, li jkun ċittadin tal-Unjoni Ewropea, effettivament kiseb kwalifika paragunabbli fi Stat li ma huwiex membru tal-Unjoni Ewropea, fejn l-għażla ta’ dan il-post fejn kiseb il-kwalifika ma hijiex konnessa mal-oriġini etnika tal-kandidat, iżda abbażi tar-residenza tiegħu ġewwa l-pajjiż u l-kapaċità tiegħu li jitkellem sewwa bil-Ġermaniż bħal ċittadin nazzjonali huwa kellu l-possibbiltà li jagħmel l-ewwel eżami tal-Istat ta’ liġi wara li studja l-liġi fit-territorju nazzjonali? |
3) |
F’dan ir-rigward, tagħmel differenza li l-għan imfittex mill-programm ta’ boroż ta’ studji, mingħajr ma huwa marbut ma’ karatteristiċi diskriminatorji, huwa li jipprovdi lil persuni li ggradwaw fl-istudji tal-liġi fil-Ġermanja, billi jippromwovi proġett ta’ riċerka jew ta’ studji barra mill-pajjiż, l-għarfien ta’sistemi ta’ liġi barranija, esperjenza barra mill-pajjiż u tagħlim ta’ lingwi? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Jannar 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23.