This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0180
Case C-180/17: Request for a preliminary ruling from the Raad van State (Netherlands) lodged on 7 April 2017 — X, Y v Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Kawża C-180/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ April 2017 – X, Y vs Staatsscretaris van Veiligheid en Justitie
Kawża C-180/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ April 2017 – X, Y vs Staatsscretaris van Veiligheid en Justitie
ĠU C 202, 26.6.2017, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ April 2017 – X, Y vs Staatsscretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-180/17)
(2017/C 202/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van Sate
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X, Y
Konvenut: Staatsscretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (id-direttiva dwar ir-ritorn, ĠU 2008, L 348, p. 98) u tal-Artikoli 4, 18, 19(2) u 47 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt tal-Unjoni jimponi li appell, jekk id-dritt nazzjonali jkun jipprevedih fil-proċeduri ta’ oppożizzjoni għal miżura li tinkludi deċiżjoni ta’ ritorn fis-sens tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/115/KE, ikollu effett sospensiv awtomatiku meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz isostni li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn toħloq riskju gravi ta’ ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement? Fi kliem ieħor, f’ipoteżi bħal din, hemm lok li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ma jiġix imkeċċi matul it-terminu tal-appell jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell, sakemm dan jiġi deċiż, mingħajr ma ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikollu jressaq talba separata f’dan is-sens? |
2) |
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU 2013, L 180, p. 60) u tal-Artikoli 4, 18, 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt tal-Unjoni jimponi li appell, jekk id-dritt nazzjonali jkun jipprevedih fil-proċeduri dwar ċaħda ta’ talba għall-għoti tal-protezzjoni internazzonali, ikollu effett sospensiv awtomatiku? Fi kliem ieħor, f’ipoteżi bħal din, hemm lok li l-applikant ma jiġix imkeċċi matul it-terminu tal-appell jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell, sakemm dan jiġi deċiż, mingħajr ma dan l-applikant ikollu jressaq talba separata f’dan is-sens? |
3) |
Sabiex ikun jeżisti effett sospensiv awtomatiku bħal ma huwa msemmi iktar 'il fuq, huwa importanti li jkun magħruf jekk it-talba għal protezzjoni internazzjonali li kienet is-suġġett ta’ proċedura ta’ rikors u sussegwentement ta’ appell ġietx miċħuda għal raġuni elenkata fl-Artikolu 46(6) tad-Direttiva 2013/32/UE? Jew inkella l-eżiġenza tapplika għall-kategoriji kollha ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tal-ażil msemmija f’din id-direttiva? |