This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0084
Case C-84/17 P: Appeal brought on 15 February 2017 by Société des produits Nestlé SA against the judgment of the General Court (Fifth Chamber) delivered on 15 December 2016 in Case T-112/13: Mondelez UK Holdings & Services Ltd v European Union Intellectual Property Office
Kawża C-84/17 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 minn Société des produits Nestlé SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-112/13 – Mondelez UK Holdings & Services Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-84/17 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 minn Société des produits Nestlé SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-112/13 – Mondelez UK Holdings & Services Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 178, 6.6.2017, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/4 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 minn Société des produits Nestlé SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-112/13 – Mondelez UK Holdings & Services Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-84/17 P)
(2017/C 178/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Société des produits Nestlé SA (rappreżentant: G.S.P. Vos, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Mondelez UK Holdings & Services Ltd, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza appellata mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-112/13, għar-raġuni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 7(3) u 52(2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“RTMUE”) (1); u |
— |
tikkundanna l-appellata Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li kienet ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Nestlé tappella mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali għar-raġuni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 7(3) u 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 2015/2424 (2), imsejjaħ ukoll RTMUE.
B’mod iktar preċiż, Nestlé tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn hija tindika li, għal dak li jirrigwarda l-firxa tat-territorju li fir-rigward tiegħu huwa neċessarju li jiġi stabbilit il-karattru distintiv miksub permezz tal-użu, l-imsemmi karattru distintiv miksub permezz tal-użu għandu jiġi stabbilit fir-rigward tat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-Istati Membri kollha kkonċernati.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).
(2) Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (ĠU 2015, L 341, p. 21).