This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0457
Judgment of the Court (First Chamber) of 15 November 2018.#Heiko Jonny Maniero v Studienstiftung des deutschen Volkes eV.#Reference for a preliminary ruling — Equal treatment between persons irrespective of racial or ethnic origin — Directive 2000/43/EC — Article 3(1)(g) — Scope — Concept of ‘education’ — The award by a private foundation of scholarships aimed at promoting projects for research and studies abroad — Article 2(2)(b) — Indirect discrimination — Award of scholarships conditional on applicants having first passed the First State Law Examination (Erste Juristische Staatsprüfung).#Case C-457/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018.
Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Direttiva 2000/43/KE – Artikolu 3(1)(g) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘edukazzjoni’ – Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż – Artikolu 2(2)(b) – Diskriminazzjoni indiretta – Għoti ta’ dawn il-boroż suġġett għall-kisba minn qabel fil-Ġermanja tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung).
Kawża C-457/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018.
Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Direttiva 2000/43/KE – Artikolu 3(1)(g) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘edukazzjoni’ – Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż – Artikolu 2(2)(b) – Diskriminazzjoni indiretta – Għoti ta’ dawn il-boroż suġġett għall-kisba minn qabel fil-Ġermanja tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung).
Kawża C-457/17.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2018:912
*A9* Bundesgerichtshof, Beschluss vom 01/06/2017 (1056750)
- Seiwerth, Stephan: Vorlagen an den EuGH, Zeitschrift für europäisches Sozial- und Arbeitsrecht 2018 p.124-127
*P1* Bundesgerichtshof, I. Zivilsenat, Urteil vom 25/04/2019 (ECLI:DE:BGH:2019:250419UIZR272.15.0)
http://juris.bundesgerichtshof.de/cgi-bin/rechtsprechung/document.py?Gericht=bgh&Art=en&sid=27d41622a444aee9623065bf65dec883&nr=98863&pos=0&anz=2
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
15 ta’ Novembru 2018 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika – Direttiva 2000/43/KE – Artikolu 3(1)(g) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘edukazzjoni’ – Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż – Artikolu 2(2)(b) – Diskriminazzjoni indiretta – Għoti ta’ dawn il-boroż suġġett għall-kisba minn qabel fil-Ġermanja tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung)”
Fil-Kawża C‑457/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑1 ta’ Ġunju 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑31 ta’ Lulju 2017, fil-proċedura
Heiko Jonny Maniero
vs
Studienstiftung des deutschen Volkes eV,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi President, li qed taġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, A. Arabadjiev (Relatur), E. Regan, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-30 ta’ Mejju 2018,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal H. J. Maniero, minn S. Mennemeyer, P. Rädler u U. Baumann, Rechtsanwälte, |
– |
għal Studienstiftung des deutschen Volkes eV, minn E. Waclawik, Rechtsanwalt, kif ukoll minn G. Thüsing, professur tal-liġi, |
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, M. Hellmann u E. Lankenau, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u B.‑R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-11 ta’ Settembru 2018,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(b) u tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad‑29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Heiko Jonny Maniero u s-Studienstiftung des deutschen Volkes eV (il-Fondazzjoni Akkademika tal-Poplu Ġermaniż, iktar ’il quddiem il-“Fondazzjoni”) fir-rigward ta’ azzjoni ta’ waqfien u ta’ projbizzjoni tad-diskriminazzjoni allegatament imġarrba minn H. J. Maniero minħabba l-età jew l-oriġini tiegħu. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Skont il-premessi 12 u 16 tad-Direttiva 2000/43:
[…]
|
4 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Il-kunċett tad-diskriminazzjoni”, jipprovdi fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu: “1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-prinċipju ta’ trattament ugwali għandu jfisser illi ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta msejsa fuq l-oriġini tar-razza jew l-etniċità. 2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1: […]
|
5 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Il-Qasam ta’ Applikazzjoni”, jiddikjara, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Fil-limiti tal-poteri mogħtija lill-[Unjoni Ewropea], din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, f’dak li għandu x’jaqsam mas-setturi pubbliċi u privati, inklużi l-korpi pubbliċi, f’relazzjoni ma’: […]
[…]” |
Id-dritt Ġermaniż
6 |
Id-Direttiva 2000/43 ġiet trasposta fl-ordinament ġuridiku Ġermaniż permezz tal-Allgemeines Gleichbehandlungsgesetz (il-Liġi Ġenerali dwar l-Ugwaljanza fit-Trattament), tal‑14 ta’ Awwissu 2006 (BGBl. 2006 I, p. 1897, iktar ’il quddiem l-“AGG”). |
7 |
Skont l-Artikolu 1 tal-AGG, intitolat “Għan tal-Liġi”: “Din il-liġi għandha l-għan li tipprekludi jew li telimina kull diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew fuq l-oriġini etnika, is-sess, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-identità sesswali”. |
8 |
L-Artikolu 2 tal-AGG, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni”, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Skont din il-liġi, id-diskriminazzjoni bbażata fuq waħda mir-raġunijiet indikati fl-Artikolu 1 hija illegali fir-rigward: […]
|
9 |
L-Artikolu 3 tal-AGG, intitolat “Definizzjonijiet”, jiddikjara, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. Ikun hemm diskriminazzjoni diretta meta, fuq il-bażi ta’ wieħed mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1, persuna tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra li tkun tinsab, li kienet tinsab jew li tista’ tinsab f’sitwazzjoni paragunabbli. […] 2. Ikun hemm diskriminazzjoni indiretta meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali, tista’ tikkawża, għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1, żvantaġġ partikolari għal ċerti persuni meta mqabbla ma’ persuni oħra, sakemm din id-dispożizzjoni, dan il-kriterju jew din il-prattika ma tkunx oġġettivament iġġustifikata minn għan leġittimu u l-mezzi sabiex dan l-għan jinkiseb ma jkunux xierqa u neċessarji. |
10 |
L-Artikolu 19 tal-AGG, intitolat “Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fir-relazzjonijiet irregolati mil-liġi ċivili”, jipprevedi fil-paragrafu 2 tiegħu: “Barra minn hekk, kull żvantaġġ ibbażat fuq ir-razza jew l-oriġini etnika huwa illegali wkoll fil-ħolqien, l-eżekuzzjoni jew il-waqfien tar-relazzjonijiet ġuridiċi l-oħra rregolati mil-liġi ċivili fis-sens tal-punti 5 sa 8 tal-Artikolu 2(1).” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
11 |
H. J. Maniero huwa ċittadin Taljan imwieled fil-Ġermanja fejn huwa residenti. Matul is-sens 2013, huwa kiseb mill-Università Haybusak ta’ Jerevan (l-Armenja) it-titolu universitarju ta’ Bachelor of Laws. |
12 |
Il-Fondazzjoni hija assoċjazzjoni rreġistrata fil-Ġermanja li għandha l-għan li tippromwovi, b’mod partikolari permezz tal-għoti ta’ boroż ta’ studju, l-edukazjoni universitarja ta’ żgħażagħ li, fid-dawl tal-importanza tat-talenti xjentifiċi jew artistiċi tagħhom kif ukoll tal-personalità tagħhom, jistgħu jagħtu servizzi partikolari fl-interess ġenerali. |
13 |
Permezz ta’ posta elettronika tal‑11 ta’ Diċembru 2013, H. J. Maniero staqsa lill-Fondazzjoni dwar il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jikseb borża ta’ studju fil-kuntest tal-programm tal-Fondazzjoni bl-isem “Bucerius Jura” (iktar ’il quddiem il-“programm Bucerius Jura”), li għandu l-għan li jinċentiva proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji legali barra mill-pajjiż. |
14 |
Permezz ta’ posta elettronika tas‑17 ta’ Jannar 2014, il-Fondazzjoni informat lil H. J. Maniero li l-kisba ta’ borża kienet suġġetta għall-kisba b’suċċess tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung). |
15 |
Permezz ta’ posta elettronika tal-istess jum, ir-rikorrent wieġeb lill-Fondazzjoni li t-titolu universitarju li huwa kien kiseb fl-Armenja hekk kif ikkompleta ħames snin ta’ studji kien paragunabbli għat-Tieni Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Zweite Juristische Staatsprüfung), peress li kien jagħti dritt lit-titolari tiegħu jipprattika, f’dan il-pajjiż terz, il-funzjoni ta’ mħallef u l-professjoni ta’ avukat. Huwa żied jgħid li l-kundizzjoni meħtieġa għall-kisba tal-borża ta’ studju fil-kuntest ta’ dan il-programm Bucerius Jura setgħet tikser il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, inkwantu kienet tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika jew soċjali. |
16 |
H. J. Maniero ma ressaqx, fit-terminu previst f’dan ir-rigward, il-kandidatura tiegħu għall-kisba ta’ borża ta’ studju fil-kuntest tal-imsemmi programm. Waqt skambju ulterjuri ta’ korrispondenzi mal-Fondazzjoni, H. J. Maniero sostna li l-attitudni negattiva ta’ din tal-aħħar kienet iddiswadietu milli jressaq il-kandidatura tiegħu. |
17 |
H. J. Maniero ippreżenta rikors kontra l-Fondazzjoni għall-finijiet tal-waqfien u tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età jew l-oriġini tiegħu, tal-ħlas tas-somma ta’ EUR 18 734.60 u ta’ konstatazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tad-danni flimkien mal-interessi supplimentari għall-ispejjeż ta’ vvjaġġar. |
18 |
Peress li l-qrati Ġermaniżi tal-ewwel istanza u tal-appell ma laqgħux ir-rikors, H. J. Maniero ippreżenta appell għal Reviżjoni quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja). |
19 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li s-soluzzjoni tat-tilwima tiddependi, fl-ewwel lok, mill-punt dwar jekk l-għoti, minn assoċjazzjoni rreġistrata, ta’ boroż intiżi li jinċentivaw proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji barra mill-pajjiż jaqax taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43. F’dan ir-rigward, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) tirrileva li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tat lok għal din id-direttiva kienet tagħmel riferiment għall-“edukazjoni, inklużi l-għotjiet u boroż ta’ studju, filwaqt li jirrispetta għalkollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta’ tagħlim u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Hija tistaqsi wkoll dwar ir-raġunijiet għalfejn inżamm biss it-terminu “edukazzjoni”. |
20 |
Fit-tieni lok, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, din il-qorti tqis li s-soluzzjoni tat-tilwima barra minn hekk tiddependi mill-punt dwar jekk, fil-kuntest tal-għoti ta’ dawn il-boroż ta’ studju, il-kundizzjoni għall-kisba tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi toħloqx diskriminazzjoni indiretta, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43, fil-konfront ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun kiseb kwalifika paragunabbli barra mill-Unjoni, meta l-għażla tal-post ta’ kisba ta’ kwalifika tkun nieqsa minn kull relazzjoni mal-oriġini etnika tal-persuna kkonċernata u meta din il-persuna, residenti fil-Ġermanja u li għandha padronanza effettiva tal-lingwa Ġermaniża, setgħet kellha l-possibbiltà li tistudja l-liġi fil-Ġermanja fejn setgħet tgħaddi mill-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi. |
21 |
Ċertament, hekk kif jallega H. J. Maniero, tali kundizzjoni jkollha bħala effett li tkun ta’ żvantaġġ għall-persuni ta’ oriġini etnika barranija li jkollhom kwalifika ekwivalenti miksuba barra mill-pajjiż, fil-każ fejn dawn ma kinux setgħu jistudjaw fil-Ġermanja, mill-inqas b’faċilità. |
22 |
Madankollu, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) tesprimi dubji dwar il-kwistjoni jekk H. J. Maniero jappartjenix għal tali grupp żvantaġġat. Fil-fatt, skont din il-qorti, minn naħa, huwa għandu padronanza perfetta tal-Ġermaniż, jirrisjedi fil-Ġermanja u għaldaqstant seta’ jistudja mingħajr diffikultà f’dan l-Istat Membru. Barra minn hekk, l-għażla tiegħu li jikseb kwalifika universitarja fl-Armenja kienet mingħajr relazzjoni mal-oriġini etnika tiegħu. |
23 |
Min-naħa l-oħra, din il-qorti tirrileva li, kif jirriżulta mill-punt 60 tas-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria (C‑83/14, EU:C:2015:480), il-kunċett ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika”, imsemmija fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/43, għandha jedd tapplika irrispettivament, skont jekk il-miżura kkonċernata tolqotx il-persuni li għandhom ċerta oriġini etnika jew dawk li, mingħajr ma jkunu tal-imsemmija oriġini, iġarrbu, flimkien ma’ tal-ewwel, l-iżvantaġġ partikolari li jirriżulta minn din il-miżura. |
24 |
Fit-tielet lok, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, skont din il-qorti tqum il-kwistjoni dwar jekk l-għan ta’ politika edukattiva li trid tintlaħaq permezz tal-programm Bucerius Jura, mhux marbuta ma’ kriterji diskriminatorji, jikkostitwixxix ġustifikazzjoni oġġettiva, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43. |
25 |
Skont il-formulazzjoni tas-sejħa għal kandidaturi, il-programm Bucerius Jura huwa intiż, permezz tas-sostenn li jipprovdi għal proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji barra mill-pajjiż, li jgħin lil persuni ggradwati partikolarment ikkwalifikati li jkunu studjaw il-liġi fil-Ġermanja sabiex jiksbu għarfien tas-sistemi legali barranin, esperjenza barra mill-pajjiż u għarfien lingwistiku. Issa, peress li dan l-għan ma huwa konness ma’ ebda kriterju diskriminatorju, il-qorti tar-rinviju tqis li l-prattika tal-Fondazzjoni ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni indiretta. |
26 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
27 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-għoti ta’ boroż minn fondazzjoni privata intiżi li jsostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji barra mill-pajjiż jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
28 |
Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi osservat, kif jirriżulta mill-fajl għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-programm Bucerius Jura għandu l-għan essenzjali li jiffavorixxi l-aċċess għal proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji legali universitarji barra mill-pajjiż, permezz tal-għoti lill-parteċipanti ta’ benefiċċji finanzjarji li jinkludu borża kompleta ta’ EUR 1000 fix-xahar jew, jekk l-istudji jsiru fil-Gran Brittanja jew fl-Istati Uniti, ta’ EUR 1500, allokazzjoni unika inizjali ta’ EUR 500, ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar kif ukoll allokazzjoni għall-miżati ta’ iskrizzjoni sa massimu ta’ EUR 12500, fejn il-miżati ta’ iskrizzjoni jitħallsu kompletament sa EUR 5000 filwaqt li lil hinn minn dan l-ammont jitħallsu sa massimu ta’ 50 %. |
29 |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-kunċett ta’ “edukazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43, jinkludix l-aċċess għall-edukazzjoni u, jekk iva, jekk dawn il-boroż ta’ studju, bħal dawk mogħtija fil-kuntest tal-programm Bucerius Jura, jistgħux jaqgħu taħt dan il-kunċett. |
30 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, fl-assenza ta’ kull definizzjoni, fid-Direttiva 2000/43, tal-kunċett ta’ “edukazzjoni”, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ dan it-terminu għandhom jiġu stabbiliti, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, konformement mas-sens abitwali tiegħu fil-lingwaġġ kurrenti, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintuża u l-għanijiet li tixtieq tikseb il-leġiżlazzjoni li minnha jagħmel parti (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑3 ta’ Settembru 2014, Deckmyn u Vrijheidsfonds, C‑201/13, EU:C:2014:2132, punt 19 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
31 |
Qabel kollox, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 22 u 23 tal-konklużjonijiet tagħha, it-terminu “edukazzjoni” għandu jinftiehem, fis-sens abitwali fil-lingwaġġ kurrenti, b’mod li jirrigwarda l-atti jew il-proċessi li permezz tagħhom jiġu trażmessi jew jinkisbu, b’mod partikolari, informazzjoni, għarfien, fehim, attitudnijiet, valuri, idoneitajiet, kompetenzi jew aġir. |
32 |
Issa, filwaqt li ma hemmx dubju li r-riċerki u l-istudji legali universitarji li għalihom il-programm Bucerius Jura huwa intiż li jiffavorixxi l-aċċess jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni”, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li dan il-kunċett ma jinkludix, fih innifsu, preliminarjament, l-aċċess għall-edukazzjoni jew l-għoti ta’ benefiċċji finanzjarji bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
33 |
Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest leġiżlattiv li fih jintuża l-kunċett ta’ “edukazzjoni”, jeħtieġ li jiġi rrilevat li dan jirriżulta fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/43. Issa, dan l-artikolu jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva li l-għan tagħha huwa, konformement mal-Artikolu 1 tagħha, li tistabbilixxi qafas sabiex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika, bil-għan li jiġi implimentat, fl-Istati Membri, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
34 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-għanijiet li din id-direttiva tixtieq tikseb, il-premessa 16 tagħha tiddikjara li jeħtieġ li jiġu protetti l-persuni fiżiċi kollha kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika. |
35 |
Għal dak li jirrigwarda speċifikament il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2000/43, mill-premessa 12 tagħha jirriżulta li, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ soċjetajiet demokratiċi u tolleranti li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-individwi kollha tkun liema tkun ir-razza jew l-oriġini etnika tagħhom, azzjoni speċifika fil-qasam tad-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika għandha tkun estiża b’mod partikolari għal oqsma bħal dawk elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva (sentenzi tat‑12 ta’ Mejju 2011, Runevič‑Vardyn u Wardyn, C‑391/09, EU:C:2011:291, punt 41, kif ukoll tas‑16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria, C‑83/14, EU:C:2015:480, punt 40). |
36 |
Għalhekk, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2000/43 u tan-natura tad-drittijiet li hija intiża li tipproteġi kif ukoll tal-fatt li din id-direttiva hija sempliċement l-espressjoni, fil-qasam meħud inkunsiderazzjoni, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza li huwa wieħed mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, irrikonoxxut fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva ma jistax jiġi ddefinit b’mod restrittiv (sentenzi tat‑12 ta’ Mejju 2011Runevič‑Vardyn u Wardyn, C‑391/09, EU:C:2011:291, punt 43, kif ukoll tas‑16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria, C‑83/14, EU:C:2015:480, punt 42). |
37 |
Issa, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 32 u 34 tal-konklużjonijiet tagħha, interpretazzjoni teleoloġika tal-kunċett ta’ “edukazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43, tirrikjedi, l-ewwel nett, li l-aċċess għall-edukazzjoni jiġi kkunsidrat bħala wieħed mill-aspetti essenzjali ta’ dan il-kunċett, ġaladarba ma jistax ikun hemm edukazzjoni mingħajr il-possibbiltà ta’ aċċess għaliha u li, għalhekk, l-għan ta’ din id-direttiva, li huwa li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, ma jkunx jista’ jinkiseb li kieku d-diskriminazzjoni kellha tkun awtorizzata fl-istadju tal-aċċess għall-edukazzjoni. |
38 |
It-tieni nett, l-ispejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni fi proġett ta’ riċerka jew fi programm edukattiv għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt komponenti tal-aċċess għall-edukazzjoni hekk inklużi fil-kunċett ta’ “edukazzjoni” sa fejn id-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji neċessarji għal tali parteċipazzjoni tista’ tikkundizzjona l-aċċess għall-imsemmi proġett jew programm. |
39 |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li benefiċċji finanzjarji taħt forma ta’ boroż ta’ studju jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43, meta teżisti rabta suffiċjentement mill-qrib bejn dawn il-benefiċċji finanzjarji u l-parteċipazzjoni fi proġett ta’ riċerka jew fi programm edukattiv speċifiku li min-naħa tiegħu jaqa’ taħt dan il-kunċett. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta dawn il-benefiċċji finanzjarji jkunu marbuta mal-parteċipazzjoni tal-kandidati potenzjali għal tali proġett ta’ riċerka jew ta’ studju, ikollhom bħala għan li jneħħu kompletament jew parzjalment l-ostakoli finanzjarji potenzjali għal din il-parteċipazzjoni u jkunu idonei sabiex jiksbu dan l-għan. |
40 |
Issa, suġġett għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, dan jidher li huwa l-każ tal-boroż ta’ studju inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkwantu dawn jidhru li huma tali li jneħħu kompletament jew parzjalment l-ostakoli finanzjarji potenzjali għall-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ riċerka jew fi programmi ta’ studji legali universitarji barra mill-pajjiż, billi jikkontribwixxu sabiex jippermettu lill-kandidati kkonċernati jsostnu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ għixien ogħla li jirriżultaw mit-trasferiment tagħhom barra mill-pajjiż kif ukoll il-miżati ta’ iskrizzjoni marbuta mal-imsemmija proġetti ta’ riċerka jew programmi edukattivi. |
41 |
Kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Fondazzjoni u l-Gvern Ġermaniż, dawn il-konstatazzjonijiet ma huma invalidati la minn kunsiderazzjonijiet misluta mit-tfassil tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43 u lanqas mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
42 |
Fil-fatt, minn naħa, hekk kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tagħha, it-tfassil tal-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43 ma jurix b’mod inekwivoku li t-tneħħija, matul il-proċedura leġiżlattiva, tal-kliem “inklużi l-għotjiet u boroż ta’ studju, filwaqt li jirrispetta għalkollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta’ tagħlim u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali], li jinsab fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni li tat lok għal din id-direttiva, kienet immotivata mill-volontà tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jirrestrinġi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
43 |
Min-naħa l-oħra, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 44 u 45 tal-konklużjonijiet tagħha, la ċ-ċirkustanza li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/43 ma tippreċiża l-portata tal-parti l-kbira tal-kunċetti li huma elenkati fiha minn elementi addizzjonali u lanqas il-fatt li t-taħriġ professjonali huwa espressament imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ din id-direttiva ma jimponu interpretazzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ “edukazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tal-imsemmija direttiva, li tmur kontra l-għanijiet ta’ din tal-aħħar, hekk kif imfakkra fil-punti 34 sa 36 ta’ din is-sentenza. |
44 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi li jsostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta teżisti rabta suffiċjentement viċina bejn il-benefiċċji finanzjarji mogħtija u l-parteċipazzjoni f’dawn il-proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju li min-naħa tagħhom jaqgħu huma stess taħt dan l-istess kunċett ta’ “edukazzjoni”. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta dawn il-benefiċċji finanzjarji jkunu marbuta mal-parteċipazzjoni tal-kandidati potenzjali f’tali proġett ta’ riċerka jew ta’ studju, meta jkollhom bħala għan li jneħħu kompletament jew parzjalment l-ostakoli finanzjarji potenzjali għal din il-parteċipazzjoni u meta jkunu idonei sabiex jintlaħaq dan il-għan. |
Fuq it-tieni domanda
45 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li fondazzjoni privata stabbilita fi Stat Membru tirriżerva l-għoti ta’ boroż intiżi sabiex isostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji legali barra mill-pajjiż għall-kandidati li jkunu kisbu, f’dan l-Istat Membru, eżami tal-liġi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta minħabba r-razza jew l-oriġini etnika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
46 |
Skont dan l-artikolu, diskriminazzjoni indiretta sseħħ meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tkun tista’ tikkawża żvantaġġ partikolari lil persuni ta’ razza jew ta’ oriġini etnika speċifika, sakemm din id-dispożizzjoni, dan il-kriterju jew din il-prattika ma tkunx oġġettivament iġġustifikata minn għan leġittimu u sakemm il-metodi sabiex jinkiseb dan l-għan ma jkunux xierqa u neċessarji. |
47 |
Il-kunċett ta’ “żvantaġġ partikolari”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jinftiehem fis-sens li jkunu b’mod partikolari l-persuni ta’ razza jew ta’ oriġini etnika speċifika li, minħabba d-dispożizzjoni, tal-kriterju jew tal-prattika inkwistjoni, li jinsabu żvantaġġati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria, C‑83/14, EU:C:2015:480, punt 100, u tas‑6 ta’ April 2017, Jyske Finans, C‑668/15, EU:C:2017:278, punt 27). |
48 |
Għaldaqstant tali kunċett japplika biss jekk il-miżura allegatament diskriminatorja jkollha bħala effett li tkun ta’ żvantaġġ għal oriġini etnika b’mod partikolari. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ trattament sfavorevoli ma tistax tiġi kkonstatata b’mod ġenerali u astratt, iżda b’mod speċifiku u konkret, fid-dawl tat-trattament favorevoli inkwistjoni (sentenza tas‑6 ta’ April 2017, Jyske Finans, C‑668/15, EU:C:2017:278, punti 31 u 32). |
49 |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-grupp iffavorizzat mill-Fondazzjoni fir-rigward tal-għoti tal-boroż ta’ studju inkwistjoni fil-kawża prinċipali jinkludi l-persuni li jissodisfaw il-kundizzjoni li jkunu kisbu b’suċċess l-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi, filwaqt li l-grupp żvantaġġat huwa kompost mill-persuni kollha li ma jissodisfawx din il-kundizzjoni. |
50 |
Issa, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, bħal fil-każ taċ-ċirkustanzi prevalenti fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas‑6 ta’ April 2017, Jyske Finans (C‑668/15, EU:C:2017:278), ebda element mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-persuni li jappartjenu għal grupp etniku speċifiku huwa iktar affetwat mill-imsemmija kundizzjoni tal-kisba tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi minn dawk li jappartjenu għal gruppi etniċi oħra. |
51 |
Għalhekk, il-konstatazzjoni ta’ diskriminazzjoni indiretta minħabba tali kundizzjoni tidher, fi kwalunkwe każ, li hija eskluża. |
52 |
Għaldaqstant jeħtieġ li r-risposta għat-tieni domanda tkun li l-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li fondazzjoni privata stabbilita fi Stat Membru tirriżerva l-għoti ta’ boroż intiżi sabiex isostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji legali barra mill-pajjiż għall-kandidati li jkunu kisbu, f’dan l-Istat Membru, eżami tal-liġi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni indiretta minħabba r-razza jew l-oriġini etnika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
53 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.