This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0389
Judgment of the Court (First Chamber) of 16 January 2019.#Proceedings brought by „Paysera LT“ UAB.#Request for a preliminary ruling from the Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas.#Reference for a preliminary ruling — Taking up of the business of electronic money institutions — Directive 2009/110/EC — Article 5(2) and (3) — Rules on own funds — Own funds required for the pursuit of activities linked to the issuance of electronic money — Definition of ‘activity linked to the issuance of electronic money’ — Issuance, for the benefit of the seller, of electronic money at par value of the funds received.#Case C-389/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2019.
Kawża mressqa minn „Paysera LT“ UAB, anciennement „EVP International“ UAB.
Talba għal deċiżjoni preliminari imressqa minn Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Aċċess għall-attività tal-istabbilimenti ta’ flus elettroniċi – Direttiva 2009/110/KE – Artikolu 5(2) u (3) – Regoli fil-qasam ta’ fondi proprji – Fondi proprji meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi – Kunċett ta’ ‘attività marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi’ – Ħruġ tal-flus elettroniċi favur il-bejjiegħ bil-valur nominali tal-fondi rċevuti.
Kawża C-389/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2019.
Kawża mressqa minn „Paysera LT“ UAB, anciennement „EVP International“ UAB.
Talba għal deċiżjoni preliminari imressqa minn Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Aċċess għall-attività tal-istabbilimenti ta’ flus elettroniċi – Direttiva 2009/110/KE – Artikolu 5(2) u (3) – Regoli fil-qasam ta’ fondi proprji – Fondi proprji meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi – Kunċett ta’ ‘attività marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi’ – Ħruġ tal-flus elettroniċi favur il-bejjiegħ bil-valur nominali tal-fondi rċevuti.
Kawża C-389/17.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:25
*A9* Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas, Nutartis 21/06/2017 (1053613)
*P1* Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas, MM.Laimutis Alechnavičius, Artūras Drigotas (rapporteur), Romanas Klišauskas, Ričardas Piličauskas, président, et Dainius Raižys, Sprendimas 27/03/2019 (eA-1742-502/2019)
Publication Flash News "Décisions de suivi" N° 3/19
https://eteismai.lt/byla/71556573742570/eA-1742-502/2019?word=uab%20oldvila
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
16 ta’ Jannar 2019 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Aċċess għall-attività tal-istabbilimenti ta’ flus elettroniċi – Direttiva 2009/110/KE – Artikolu 5(2) u (3) – Regoli fil-qasam ta’ fondi proprji – Fondi proprji meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi – Kunċett ta’ ‘attività marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi’ – Ħruġ tal-flus elettroniċi favur il-bejjiegħ bil-valur nominali tal-fondi rċevuti”
Fil-Kawża C‑389/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-29 ta’ Ġunju 2017, fil-proċedura mibdija minn
“Paysera LT” UAB, li qabel kienet “EVP International” UAB
fil-preżenza ta’:
Lietuvos bankas,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.-C. Bonichot, E. Regan (Relatur), C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Wathelet,
Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-27 ta’ Ġunju 2018,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Gvern Litwan, minn R. Krasuckaitė, G. Taluntytė, V. Vasiliauskienė u D. Kriaučiūnas, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Tserepa-Lacombe u A. Steiblytė, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-4 ta’ Ottubru 2018,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU 2009, L 267, p. 7). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija minn “Paysera LT” UAB, li qabel kienet “EVP International” UAB (iktar ’il quddiem “Paysera”), dwar deċiżjoni tal-Lietuvos banko Priežiūros tarnyba (il-Bord ta’ Sorveljanza tal-Bank tal-Litwanja) li ta twissija minħabba applikazzjoni żbaljata tal-metodi ta’ kalkolu tal-fondi proprji għal ċerti tranżazzjonijiet ta’ ħlas (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-Direttiva 2009/110
3 |
Skont il-premessi 2, 7 sa 9 u 11 tad-Direttiva 2009/110:
[…]
[…]
|
4 |
Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110, intitolat “Definizzjonijiet”: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]” |
5 |
L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Fondi proprji”, fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu jipprovdi: “2. Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li mhumiex marbuta mal-ħruġ tal-flus elettroniċi, ir-rekwiżiti dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont wieħed minn tliet metodi (A, B jew C) stipulati fl-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2007/64/KE. Il-metodu x-xieraq għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għall-attività tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, ir-rekwiżit dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont il-Metodu D stipulat fil-paragrafu 3. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi dejjem għandu jkollhom fondi proprji li jkunu mill-inqas ugwali għas-somma ta’ rekwiżiti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, jew daqshom. 3. Metodu D: Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għall-attività ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi għandhom jammontaw għal mill-anqas 2 % tal-medja ta’ flus elettroniċi pendenti.” |
6 |
L-Artikolu 6 tal-istess direttiva, intitolat “Attivitajiet” jipprevedi, fil-paragrafu 1(a) tiegħu: “1. Apparti mill-ħruġ tal-flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkunu intitolati jidħlu għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin: a) il-forniment ta’ servizzi ta’ ħlas elenkati fl-Anness għad-Direttiva 2207/64/KE”. |
7 |
L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/110, intitolat “Ħruġ u rimborżabbiltà”, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emittenti ta’ flus elettroniċi jemettu l-flus elettroniċi bil-parità kontabbli bħalma jkun hemm fuq l-irċevuta tal-fondi. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tad-detentur tal-flus elettroniċi, l-emittenti tal-flus elettroniċi jirrimborżaw, f’kull ħin u bil-parità kontabbli, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma.” |
Id-Direttiva 2007/64/KE
8 |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE, tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU 2007, L 319, p. 1; u rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5), intitolat “Definizzjonijiet”, jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]
[…]” |
9 |
L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat “Il-kalkolu tal-fondi proprji”, jipprevedi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. Minkejja r-rekwiżiti ta’ kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas dejjem ikollhom fondi proprji kkalkolati skond wieħed minn dawn it-tliet metodi, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali: Metodu A Il-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni tal-ħlas għandhom jammontaw għal mill-inqas 10 % ta’ l-ispejjeż ġenerali fissi tagħha tas-sena preċedenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dik il-ħtieġa fil-każ ta’ bidla materjali fin-negozju ta’ l-istituzzjoni tal-ħlas mis-sena preċedenti ’l hawn. Fejn istituzzjoni tal-ħlas ma tkunx għadha temmet sena sħiħa ta’ negozju fid-data tal-kalkolu, il-ħtieġa għandha tkun li l-fondi tagħha jammontaw għal mill-inqas 10 % ta’ l-ispejjeż ġenerali fissi korrispondenti kif previst fil-pjan tan-negozju, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrikjedux aġġustament għal dak il-pjan. Metodu B Il-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni tal-ħlas għandhom jammontaw għal mill-inqas is-somma ta’ l-elementi li ġejjin multiplikati b’fattur ta’ skalar k, stabbilit fil-paragrafu 2, fejn il-volum tal-ħlas (payment volume – PV) jirrappreżenta parti waħda minn tnax ta’ l-ammont totali tat-transazzjonjiet ta’ ħlas mwettqa mill-istituzzjoni tal-ħlas fis-sena preċedenti:
Metodu Ċ Il-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni tal-ħlas għandhom jammontaw għal mill-inqas l-indikatur rilevanti kif definit fil-punt (a),suġġett għall-fattur multiplikatur stabbilit fil-punt (b) kif ukoll għall-fattur ta’ skalar k stabbilit fil-paragrafu 2.
2. Il-fattur ta’ scalar k li għandu jintuża fil-Metodi B u Ċ fuq għandu jkun:
|
10 |
L-Anness tad-Direttiva 2007/64, intitolat “Servizzi ta’ ħlas (it-tielet punt ta’ l-Artikolu 4)”, jistabbilixxi l-lista tal-attivitajiet meqjusa bħala tali: “1. Servizzi li jippermettu li flus kontanti jiġu mqiegħda f’kont tal-ħlas kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim ta’ kont tal-ħlas. 2. Servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti minn kont tal-ħlas kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim ta’ kont tal-ħlas. 3. Eżekuzzjoni ta’ transazzjonjiet ta’ ħlas, inkluż trasferiment ta’ fondi fuq kont tal-ħlas mal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas jew ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ieħor:
4. Eżekuzzjoni ta’ transazzjonjiet ta’ ħlas fejn il-fondi huma koperti minn linja ta’ kreditu għal utent ta’ servizzi ta’ ħlas:
5. Il-ħruġ u/jew il-kisba ta’ strumenti tal-ħlas. 6. Rimessa ta’ flus. 7. Eżekuzzjoni ta’ transazzjonjiet ta’ ħlas fejn il-kunsens ta’ min iħallas għall-eżekuzzjoni ta’ transazzjoni ta’ ħlas jingħata permezz ta’ kwalunkwe apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew ta’ l-IT u l-ħlas isir lill-operatur tat-telekomunikazzjoni, sistema jew operatur tan-network ta’ l-IT, li jaġixxi biss bħala intermedjarju bejn l-utent ta’ servizzi ta’ ħlas u l-fornitur tal-merkanzija jew is-servizzi.” |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
11 |
Paysera hija kumpannija Litwana li għandha liċenzji ta’ stabbiliment ta’ flus elettroniċi u ta’ stabbiliment ta’ ħlas mogħtija mil-Lietuvos bankas (il-Bank tal-Litwanja), li jagħtuha d-dritt li toħroġ flus elettroniċi u li tipprovdi servizzi marbuta mal-ħruġ ta’ dawn il-flus, kif ukoll servizzi ta’ ħlas oħra. |
12 |
Wara spezzjoni tal-attività ta’ Paysera mwettqa mill-Bord ta’ Sorveljanza tal-Bank tal-Litwanja, dan, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, bagħat twissija lil din il-kumpannija u ordnalha ttemm il-ksur tar-regoli ta’ kalkolu tal-fondi proprji tal-istabbilimenti ta’ flus elettroniċi. |
13 |
Il-Bord ta’ Sorveljanza tal-Bank tal-Litwanja fil-fatt irrifjuta li jirrikonoxxi bħala servizzi ta’ ħlas marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi l-attivitajiet li ġejjin imwettqa mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali:
|
14 |
Sussegwentement, peress li r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2016 tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnius, il-Litwanja), ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat appell quddiem il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja). |
15 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk is-servizzi I u II għandhomx jiġu kkwalifikati jew le bħala “servizzi ta’ ħlas marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi.” |
16 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja id-domanda preliminari li ġejja: “L-Artikolu 5(2) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(a) tad-[Direttiva 2009/110], għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, huma meqjusa bħala servizzi ta’ ħlas marbuta (jew mhux marbuta) mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi:
|
Fuq id-domanda preliminari
17 |
Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/110 għandux jiġi interpretat fis-sens li servizzi pprovduti minn stabbilimenti ta’ flus elettroniċi fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxux attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi. |
18 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, l-istabbilimenti ta’ flus elettroniċi għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti fil-qasam ta’ fondi proprji. |
19 |
B’mod partikolari, mill-Artikolu 5(2) u (3) tal-imsemmija direttiva jirriżulta li, f’dak li jirrigwarda l-attività ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi, il-fondi proprji meħtieġa minn stabbiliment ta’ flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkolati skont il-metodu D u għandhom jammontaw għal mill-inqas 2 % tal-medja tal-flus elettroniċi f’ċirkulazzjoni. |
20 |
Għall-kuntrarju, fir-rigward tal-attivitajiet li ma humiex marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi u li, għal din ir-raġuni, jikkostitwixxu servizzi ta’ ħlas fis-sens tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64, il-fondi proprji meħtieġa minn stabbiliment ta’ flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkolati skont wieħed mit-tliet metodi (A, B jew Ċ) imsemmija fl-Artikolu 8(1) u (2) ta’ din id-direttiva. |
21 |
Minn dan jirriżulta li, fid-dawl tal-ammonti tal-fondi proprji relatati ma’ kull wieħed minn dawn il-metodi, stabbiliment ta’ flus elettroniċi għandu jkollu iktar fondi proprji meta dawn jiġu kkalkolati skont il-metodi A, B jew Ċ, milli meta dawn jiġu kkalkolati skont il-metodu D. |
22 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2009/110 joħloq, fir-rigward tas-servizzi ta’ ħlas marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, eċċezzjoni għar-regoli dwar fondi proprji previsti mid-Direttiva 2007/64, sa fejn dawn is-servizzi huma marbuta mal-attività ta’ emissjoni ta’ flus elettroniċi. |
23 |
Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxux attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, għandu jiġi ddeterminat jekk dawn is-servizzi humiex intrinsikament marbuta mal-ħruġ jew mar-rimbors ta’ flus elettroniċi. |
24 |
Il-kunċett ta’ “ħruġ ta’ flus elettroniċi” ma huwiex iddefinit mid-Direttiva 2009/110, peress li din sempliċement tispeċifika, fl-Artikolu 2(2) tagħha li l-kunċett ta’ “flus elettroniċi” għandu jinftiehem bħala valur monetarju maħżun elettronikament, anki b’mod manjetiku, li jirrappreżenta kreditu fuq l-emittent, li jinħareġ malli jiġu rċevuti l-fondi għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif iddefiniti fil-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE u li huwa aċċettat minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra l-emittent tal-flus elettroniċi. |
25 |
Min-naħa tiegħu, il-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64 jiddefinixxi t-tranżazzjoni ta’ ħlas bħala att, mibdi mill-persuna li tħallas jew mill-benefiċjarju, li jikkonsisti fil-ħlas, fit-trasferiment jew fil-ġbid ta’ fondi, indipendentement minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn il-persuna li tħallas u l-benefiċjarju. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 3 tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-anness tal-imsemmija direttiva, it-twettiq ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas, inkluż it-trasferiment ta’ fondi fuq kont ta’ ħlas, jikkostitwixxi servizz ta’ ħlas. |
26 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat, li l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2009/110 jimponi fuq l-emittenti ta’ flus elettroniċi obbligu li jirrimborsaw, fuq it-talba tad-detentur ta’ flus elettroniċi, f’kull ħin u bil-valur nominali, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma. |
27 |
Fir-rigward tal-kunċett ta’ “rimbors”, li ma huwiex iddefinit mid-Direttivi 2007/64 u 2009/110, dan jikkonsisti fil-konverżjoni mill-ġdid ta’ flus elettroniċi għall-valur nominali tiegħu u l-ħlas sussegwenti ta’ fondi fuq l-ordni tad-detentur tal-flus elettroniċi. F’dan ir-rigward, dawn id-direttivi ma jeżiġux li dawn il-fondi jitħallsu fil-kont tad-detentur tal-flus elettroniċi jew fil-kont ta’ terz. |
28 |
Peress li l-ħruġ ta’ flus elettroniċi jimplika inkondizzjonalment u awtomatikament dritt għar-rimbors, il-kunċett ta’ “servizz ta’ ħlas marbut mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi” jinkludi wkoll ir-rimbors tal-flus elettroniċi, fis-sens tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/110. |
29 |
Għalhekk, servizz ta’ ħlas ipprovdut bil-għan li jippermetti r-rimbors tal-valur nominali tal-flus elettroniċi jikkostitwixxi attività marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi. |
30 |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxux servizzi ta’ ħlas marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, għandu jiġi ddeterminat jekk il-provvista ta’ dawn is-servizzi jwasslux għall-ħruġ jew għar-rimbors tal-flus elettroniċi fil-kuntest tal-istess tranżazzjoni unika ta’ ħlas. |
31 |
F’dan ir-rigward, is-servizz I jikkonsisti fi tranżazzjoni ta’ ħlas li permezz tagħha, fuq ordni tad-detentur tal-flus elettroniċi, l-istabbiliment ta’ flus elettroniċi jirrimborsa l-fondi bil-valur nominali tagħhom u jittrasferixxihom fil-kont bankarju ta’ terz. |
32 |
Sa fejn il-fondi jiġu rrimborsati biss bil-għan tat-trasferiment tagħhom u fil-kuntest tal-istess tranżazzjoni unika ta’ ħlas, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, servizz bħas-servizz I jista’ jiġi kkunsidrat li huwa marbut mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, fis-sens tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/110. |
33 |
Fir-rigward tas-servizz II, dan jikkonsisti fi tranżazzjoni li permezz tagħha, fuq ordni tal-bejjiegħ, ix-xerrej tal-beni jew tas-servizzi jittrasferixxi għal dan il-għan fondi lill-istabbiliment ta’ flus elettroniċi, li min-naħa tiegħu joħroġ, wara li jkun irċieva dawn il-fondi, il-flus elettroniċi għall-benefiċċju tal-bejjiegħ (detentur tal-flus elettroniċi). |
34 |
Bla ħsara għall-verifiki tal-qorti tar-rinviju, servizz bħas-servizz II huwa wkoll direttament marbut mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, peress li t-trasferiment ta’ fondi jwassal awtomatikament, u dan fil-kuntest tal-istess tranżazzjoni unika ta’ ħlas, il-ħruġ ta’ flus elettroniċi. It-trasferiment ta’ fondi huwa għalhekk marbut mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi. |
35 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/110 għandu jiġi interpretat fis-sens li servizzi pprovduti minn stabbilimenti ta’ flus elettroniċi fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxu attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk dawn is-servizzi jwasslu għall-ħruġ jew għar-rimbors ta’ flus elettroniċi fil-kuntest tal-istess tranżazzjoni unika ta’ ħlas. |
Fuq l-ispejjeż
36 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizzi pprovduti minn stabbilimenti ta’ flus elettroniċi fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxu attivitajiet marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk dawn is-servizzi jwasslu għall-ħruġ jew għar-rimbors ta’ flus elettroniċi fil-kuntest tal-istess tranżazzjoni unika ta’ ħlas. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Litwan.