Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0107

    Kawża C-107/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “Aviabaltika” UAB vs “Ūkio bankas” AB, fi stralċ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2002/47/KE — Eżekuzzjoni tal-arranġamenti kollaterali finanzjarji — Bidu tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista kollateral finanzjarju — Seħħ tal-fatt li wassal għall-eżekuzzjoni tal-kollateral — Inklużjoni tal-kollateral finanzjarju fil-massa ta’ falliment — Obbligu li d-djun jitħallsu, fl-ewwel lok, mill-kollateral finanzjarju)

    ĠU C 328, 17.9.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “Aviabaltika” UAB vs “Ūkio bankas” AB, fi stralċ

    (Kawża C-107/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/47/KE - Eżekuzzjoni tal-arranġamenti kollaterali finanzjarji - Bidu tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jakkwista kollateral finanzjarju - Seħħ tal-fatt li wassal għall-eżekuzzjoni tal-kollateral - Inklużjoni tal-kollateral finanzjarju fil-massa ta’ falliment - Obbligu li d-djun jitħallsu, fl-ewwel lok, mill-kollateral finanzjarju))

    (2018/C 328/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Aviabaltika” UAB

    Konvenut:“Ūkio bankas” AB, fi stralċ

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, kif emendata bid-Direttiva 2009/44/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq l-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti lil min jakkwista l-kollateral b’sigurtà taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled min-nuqqas tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, fuq dan il-kollateral, meta avveniment ta’ enforzar iseħħ wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-konfront tiegħu.

    2)

    L-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2002/47 kif emendata bid-Direttiva 2009/44, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil min jakkwista kollateral taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju b’sigurtà obbligu li jirkupra l-kreditu tiegħu, imwieled mill-obbligi finanzjarji koperti minn dan l-arranġament, qabelxejn fuq dan il-kollateral.


    (1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


    Top