EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0861

Kawża T-861/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

ĠU C 38, 6.2.2017, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/47


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-861/16)

(2017/C 038/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: C & J Clark International Ltd (Somerset, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647, tat-13 ta’ Settembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 245, p. 16);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni, billi pproċediet mingħajr bażi legali valida, kisret il-prinċipju tal-għoti sanċit fl-Artikolu 5(1) u (2) TUE;

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 266 TFUE billi naqset milli tadotta miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma, C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74;

3.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni, billi imponiet dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet taż-żraben “li twettqu matul il-perijodu ta’ applikazzjoni [tar-regolamenti invalidi]”, kisret l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 10(1) tar-regolament bażiku (1), kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali (non-retroattività);

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni, billi imponiet dazji antidumping mingħajr ma wettqet evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, kisret l-Artikolu 21 tar-regolament bażiku u li, fi kwalunkwe każ, kien manifestament żbaljat li jijġi konkluż li l-istabbilment tad-dazju antidumping kien fl-interess tal-Unjoni;

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni, billi adottat att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tagħha, kisret l-Artikolu 5(1) u (4) TUE.


(1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, p. 21).


Top