Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0139

    Kawża T-139/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR)

    ĠU C 175, 17.5.2016, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/33


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR)

    (Kawża T-139/16)

    (2016/C 175/39)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sports Division SR, SA (SDSR) (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Berghaus Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BERG OUTDOOR” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 116 936 li tindika l-Unjoni Ewropea

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 153/2015-2

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tordna lill-EUIPO jawtorizza r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 116 936 kollha kemm hi;

    tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top