Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0078

    Kawża T-78/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2016 – Satour vs Il-Parlament

    ĠU C 118, 4.4.2016, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/40


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2016 – Satour vs Il-Parlament

    (Kawża T-78/16)

    (2016/C 118/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sartour (Beveren, il-Belġju) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat.

    Konsegwentement:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, li tinsab fl-ittra tat-18 ta’ Diċembru 2015, li biha dan informa lir-rikorrenti biċ-ċaħda tal-offerta li din kienet ippreżentat fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti Nru 06B40/2015/M073, għall-konċessjoni ta’ ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli okkupat mill-Parlament Ewropew fi Brussell;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, li d-data tagħha ma hijiex magħrufa, li tagħti l-konċessjoni ta’ ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli;

    f’kull każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju li jirregola l-kriterji ta’ għażla kwalitattiva tal-limiti minimi li għandhom jiġu pprovduti mill-fornituri fuq il-livell tad-dħul mill-bejgħ tagħhom, tal-prinċipju ta’ tqegħid f’kompetizzjoni u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-kandidati.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza u tal-ftuh tal-kuntratti pubbliċi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq it-trattament ugwali tal-kandidati u fuq l-osservanza tal-kompetizzjoni ħielsa bejn il-kandidati.


    Top