Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0075

    Kawża T-75/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-128/11, De Nicola vs BEI

    ĠU C 118, 4.4.2016, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/39


    Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-128/11, De Nicola vs BEI

    (Kawża T-75/16 P)

    (2016/C 118/45)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment

    Talbiet tal-appellant

    tilqa’ dan l-appell u, billi tirriforma kompletament id-digriet appellat, tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv u l-punti 1, 7 sa 25, 51 sa 52, 63 sa 76, 80, 84, 87 sa 88, 97 sa 98 u 101 sa 115 tad-digriet innifsu;

    konsegwentement, tannulla l-atti kollha kkontestati u tikkundanna lill-BEI sabiex tikkumpensa lil Dr De Nicola għad-danni mġarrba, kif mitlub fit-talba għal rikors li beda l-proċedimenti jew, sussidjarjament, tirrinvija l-każ quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sabiex, b’formazzjoni differenti, tieħu deċiżjoni mill-ġdid dwar l-punti annullati;

    tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment sabiex ibati l-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-128/11).

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.

    L-appellant jenfasizza b’mod partikolari l-ammissibbiltà tat-talba għall-annullament tal-messaġġi tal-4 ta’ Lulju u tat-12 ta’ Awwissu 2011 kif ukoll tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2011, li tiċħad it-talba li tinbeda proċedura għal konċiljazzjoni.


    Top