This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TB0524
Case T-524/16 R: Order of the Vice-President of the General Court of 15 February 2019 — Aresu v Commission (Interim measures — Civil Service — Officials — Reform of the Staff Regulations of 1 January 2014 — Reduced number of days of annual leave — Replacement of travelling time by home leave — Application for interim measures — No urgency)
Kawża T-524/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2019 — Aresu vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 — Numru mnaqqas ta’ ġranet ta’ leave annwali — Sostituzzjoni ta’ ġranet ta’ leave għal raġuni ta’ distanza b’leave għall-pajjiż tal-oriġini — Talba għal miżuroi provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”)
Kawża T-524/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2019 — Aresu vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 — Numru mnaqqas ta’ ġranet ta’ leave annwali — Sostituzzjoni ta’ ġranet ta’ leave għal raġuni ta’ distanza b’leave għall-pajjiż tal-oriġini — Talba għal miżuroi provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”)
ĠU C 131, 8.4.2019, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/45 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2019 — Aresu vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-524/16 R)
(“Miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 - Numru mnaqqas ta’ ġranet ta’ leave annwali - Sostituzzjoni ta’ ġranet ta’ leave għal raġuni ta’ distanza b’leave għall-pajjiż tal-oriġini - Talba għal miżuroi provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2019/C 131/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Antonio Aresu (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tnaqqas in-numru ta’ ġranet addizzjonali li minnu jibbenefika r-rikorrent minn ħames ġranet għal jumejn u nofs abbażi tal-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kien emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013 (ĠU 2013, L 287, p. 15), u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji intiżi sabiex jippermettu lir-rikorrent ikompli jibbenefika — fuq bażi provviżorja — mill-istess numru ta’ ġranet ta’ leave addizzjonali li kien jibbenefika minnu, bħala leave għal raġuni ta’ distanza, qabel l-1 ta’ Jannar 2014, u dan b’effett retroattiv sa mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-għoti tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali jew, jekk qabel l-għoti tad-deċiżjoni, sad-data tal-irtitrar tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |