This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TB0101
Case T-101/16: Order of the General Court of 6 April 2017 — Klausner Holz Niedersachsen v Commission (Action for failure to act — State aid — Supply of timber — Preliminary examination of an alleged State aid granted by the German authorities in the form of contracts for the supply of timber — Commission’s failure to adopt a position within a reasonable period of time — Manifest inadmissibility)
Kawża T-101/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Klausner Holz Niedersachsen vs Il-Kummissjoni Ewropea (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Għajnuna mill-Istat — Provvista ta’ injam — Eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-forma ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ injam — Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni f’terminu raġonevoli — Inammissibbiltà manifesta”)

ĠU C 178, 6.6.2017, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Klausner Holz Niedersachsen vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-101/16) (1)
((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Għajnuna mill-Istat - Provvista ta’ injam - Eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-forma ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ injam - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni f’terminu raġonevoli - Inammissibbiltà manifesta”))
(2017/C 178/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Klausner Holz Niedersachsen GmbH (Saalburg-Ebersdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Reich, C. Hipp u T. Ilgner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tieħu deċiżjoni, f’terminu raġonevoli, fil-kuntest tal-eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lir-rikorrenti fil-forma ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ injam.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Klausner Holz Niedersachsen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |