This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0914
Case T-914/16: Judgment of the General Court of 4 October 2018 — Proof IT v EIGE (Public service contracts — Tender procedure — Request for services that were split into two lots — Management consultancy services — Maintenance and updating of statistical tools and resources — Rejection of the tender submitted by a tenderer — Award criteria — Transparency — Equal treatment — Manifest error of assessment — Non-contractual liability)
Kawża T-914/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Proof IT vs EIGE (Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Talba għal servizzi maqsuma f’żewġ lottijiet — Servizzi ta’ konsulenza ta’ ġestjoni — Żamma u aġġornament ta’ għodda u ta’ riżorsi statistiċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Kriterji ta’ għoti — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
Kawża T-914/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Proof IT vs EIGE (Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Talba għal servizzi maqsuma f’żewġ lottijiet — Servizzi ta’ konsulenza ta’ ġestjoni — Żamma u aġġornament ta’ għodda u ta’ riżorsi statistiċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Kriterji ta’ għoti — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
ĠU C 427, 26.11.2018, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Proof IT vs EIGE
(Kawża T-914/16) (1)
(Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Talba għal servizzi maqsuma f’żewġ lottijiet - Servizzi ta’ konsulenza ta’ ġestjoni - Żamma u aġġornament ta’ għodda u ta’ riżorsi statistiċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji ta’ għoti - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
(2018/C 427/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Proof IT SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: J. Jerņeva, u D. Pāvila, avukati)
Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) (rappreżentanti: J. Stuyck, V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE, mibgħuta lir-rikorrenti peremzz ta’ ittra li għandha r-riferenza EIGE/VL/mpD/2016/594, tal-14 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad l-offerta ippreżentata minn din tal-aħħar fil-kuntest taż-żewġ lottijiet dwar is-sejħa għal offerti EIGE/2016/OPER/01, intitolata “Kuntratt qafas dwar il-manutenzjoni u l-aġġornament tal-għodod u r-riżorsi statistiċi relatati mal-ġeneru ta’ EIGE” u li tagħti l-kuntratt qafas lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti għat-telf ta’ opportunità jew it-telf tal-kuntratt stess.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Proof IT SIA hija kkundannata għall-ispejjeż. |