This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0884
Case T-884/16: Judgment of the General Court of 9 October 2018 — Multiconnect v Commission (Action for annulment — Competition — Concentrations — Retail market for mobile telecommunications services and market for wholesale access and call origination in Germany — Acquisition of E-plus by Telefónica Deutschland — Decision declaring the concentration to be compatible with the internal market and the EEA Agreement — Implementation of the non-MNO component of the Final Commitments — Measures against which no action may be brought — Inadmissibility)
Kawża T-884/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2018 – Multiconnect vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq tal-bejgħ bl-imnut tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli u suq tal-bejgħ bl-ingrossa tal-aċċess u tal-oriġini ta’ telefonati fil-Ġermanja — Akkwist ta’ E-Plus minn Telefónica Deutschland — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE — Implimentazzjoni tas-sezzjoni mhux-ONM tal-impenji definittivi — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Inammissibbiltà”)

ĠU C 427, 26.11.2018, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/46 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2018 – Multiconnect vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-884/16) (1)
(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-bejgħ bl-imnut tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli u suq tal-bejgħ bl-ingrossa tal-aċċess u tal-oriġini ta’ telefonati fil-Ġermanja - Akkwist ta’ E-Plus minn Telefónica Deutschland - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE - Implimentazzjoni tas-sezzjoni mhux-ONM tal-impenji definittivi - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Multiconnect GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-M. Schultze, S. Pautke u C. Ehlenz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, M. Farley u C. Vollrath, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Kummissjoni inklużi fl-ittri tal-11 u tad-29 ta’ Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi mhux-ONM previsti fl-impenji definittivi li saru vinkolanti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4443 finali, tat-2 ta’ Lulju 2014, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti impenji (Każ M.7018 – Telefónica Deutschland/E-Plus).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Telefónica Deutschland Holding AG u minn Drillisch AG. |
3) |
Multiconnect GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
Telefónica Deutschland Holding għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mat-talba għal intervent. |
5) |
Drillisch għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mat-talba għal intervent. |