EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0752

Kawża T-752/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – NLMK vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw miċ-Ċina u mir-Russja – Dazju antidumping definittiv – Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1036) – Użu mid-data disponibbli – Artikolu 3(2) u (5) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 3(2) u (5) tar-Regolament 2016/1036) – Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu – Artikolu 3(7) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 3(7) tar-Regolament 2016/1036) – Rabta kawżali – Artikolu 2(9) u Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li saru l-Artikolu 2(9) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament 2016/1036) – Eliminazzjoni tad-dannu – Drittijiet tad-difiża – Opportunitajiet ugwali għall-partijiet – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – NLMK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-752/16) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw miċ-Ċina u mir-Russja - Dazju antidumping definittiv - Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1036) - Użu mid-data disponibbli - Artikolu 3(2) u (5) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 3(2) u (5) tar-Regolament 2016/1036) - Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu - Artikolu 3(7) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 3(7) tar-Regolament 2016/1036) - Rabta kawżali - Artikolu 2(9) u Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li saru l-Artikolu 2(9) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament 2016/1036) - Eliminazzjoni tad-dannu - Drittijiet tad-difiża - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

(2021/C 462/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novolipetsk Steel PJSC (NLMK) (Lipetsk, ir-Russja) (rappreżentanti: D. O’Keeffe, solicitor, N. Tuominen u M. Krestiyanova, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, K. Blanck u E. Schmidt, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Eurofer, Association européenne de l’acier, ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: O. Prost, A. Coelho Dias u S. Seeuws, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328 tad-29 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa (ĠU 2016, L 210, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novolipetsk Steel PJSC (NLMK) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Eurofer, Association européenne de l’acier, ASBL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


Top