EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0510
Case T-510/16: Judgment of the General Court of 19 July 2017 — Dessi v EIB (Civil Service — EIB staff — Appraisal — Promotion — Appraisal and promotion year 2012 — Decision of the Appeal Committee — Scope of review — Staff representatives — Discrimination)
Kawża T-510/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Dessi vs BEI (“Servizz Pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Promozzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2012 — Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell — Portata tal-istħarriġ — Rappreżentanti tal-Persunal — Diskriminazzjoni”)
Kawża T-510/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Dessi vs BEI (“Servizz Pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Promozzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2012 — Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell — Portata tal-istħarriġ — Rappreżentanti tal-Persunal — Diskriminazzjoni”)
ĠU C 283, 28.8.2017, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Dessi vs BEI
(Kawża T-510/16) (1)
((“Servizz Pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2012 - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Portata tal-istħarriġ - Rappreżentanti tal-Persunal - Diskriminazzjoni”))
(2017/C 283/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nathalie Dessi (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment A. Senes u L. Payot, sussegwentement L. Levi, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz u E. Raimond, sussegwentement E. Raimond u G. Faedo u, finalment, G. Faedo u K. Carr, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-BEI tat-23 ta’ Ottubru 2013 li permezz tagħha dan ċaħad it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex issir reviżjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha għas-sena 2012 inkwantu l-imsemmi rapport ma kienx jirrakkomanda lill-President tal-BEI sabiex jippromwoviha mill-grupp ta’ funzjonijiet F għall-grupp ta’ funzjonijiet E.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat-23 ta’ Ottubru 2013 li permezz tagħha dan ċaħad it-talba ta’ Nathalie Dessi intiża sabiex issir reviżjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha għas-sena 2012 inkwantu l-imsemmi rapport ma kienx jirrakkomanda lill-President tal-BEI sabiex jippromwoviha mill-grupp ta’ funzjonijiet F għall-grupp ta’ funzjonijiet E hija annullata. |
2) |
Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(1) ĠU C 85, 22.3.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Nru F-8/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).