Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0083

    Kawża T-83/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WIDIBA — Trade mark nazzjonali preċedenti DiBa — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009 — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Applikazzjoni għal restitutio in integrum — Dmir ta’ viġilanza”]

    ĠU C 374, 6.11.2017, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA)

    (Kawża T-83/16) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WIDIBA - Trade mark nazzjonali preċedenti DiBa - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Dmir ta’ viġilanza”])

    (2017/C 374/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja) u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Trevisan u D. Contini, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u J. García Murillo, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Gerling u M. Wolpert-Witzel, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każijiet magħquda R 112/2015-2 u R 190/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ING-DIBa u Banca Monte dei Paschi di Siena.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


    Top