This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0416
Case C-416/16: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Judicial da Comarca de Faro (Portugal) lodged on 27 July 2016 — Luís Manuel Piscarreta Ricardo v Portimão Urbis, EM, SA — in liquidation and Others
Kawża C-416/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fis-27 ta’ Lulju 2016 – Luís Manuel Piscarreta Ricardo vs Portimão Urbis, EM, SA – fi stralċ et
Kawża C-416/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fis-27 ta’ Lulju 2016 – Luís Manuel Piscarreta Ricardo vs Portimão Urbis, EM, SA – fi stralċ et
ĠU C 383, 17.10.2016, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fis-27 ta’ Lulju 2016 – Luís Manuel Piscarreta Ricardo vs Portimão Urbis, EM, SA – fi stralċ et
(Kawża C-416/16)
(2016/C 383/05)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial da Comarca de Faro
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Luís Manuel Piscarreta Ricardo
Konvenuti: Portimão Urbis EM, SA, – fi stralċ, Município de Portimão, Emarp –Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão, EM, SA
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1, b’mod partikolari [l-paragrafu 1](b) tiegħu, tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), tat-12 ta’ Marzu 2001, huwa applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha impriża muniċipali (li l-uniku azzjonist tagħha huwa l-kunsill muniċipali) tiġi llikwidata (fuq deċiżjoni tal-organu eżekuttiv tal-kunsill muniċipali), fejn l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti parzjalment lill-kunsill muniċipali u parzjalment lil impriża muniċipali oħra (li l-għanijiet tagħha ġew emendati f’dan is-sens – u li hija wkoll kollha kemm hija miżmuma mill-kunsill muniċipali), jiġifieri, f’dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jitqies li seħħ trasferiment ta’ negozju, fis-sens tal-imsemmija direttiva? |
2) |
Ħaddiem li ma jinsabx f’sitwazzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ funzjonijiet (b’mod speċifiku, minħabba li l-kuntratt tax-xogħol tiegħu jinsab sospiż) jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23/KE u, konsegwentement, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt tax-xogħol għandhom jitqiesu li ġew ittrasferiti lill-persuna li lilha jsir trasferiment, konformement ma’ kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23/KE? |
3) |
Il-provvista ta’ restrizzjonijiet għat-trasferiment ta’ ħaddiema, b’mod speċifiku skont it-tip ta’ kuntratt ta’ xogħol jew tul ta’ żmien tiegħu, fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ negozju, b’mod partikolari tat-tip previst fl-Artikolu 62(5), (6) u 11 tar-RJAEL (2) hija ammissibbli fis-sens li għandha titqies konformi mad-dritt tal-Unjoni? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).
(2) Regime Jurídico da Atividade Empresarial Local e das Participações Locais [regolamentazzjoni tan-negozji lokali u tal-entitajiet lokali]