Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0391

    Kawża C-391/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fl-14 ta’ Lulju 2016 – M vs Ministerstvo vnitra

    ĠU C 350, 26.9.2016, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 350/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fl-14 ta’ Lulju 2016 – M vs Ministerstvo vnitra

    (Kawża C-391/16)

    (2016/C 350/20)

    Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Appellant: M

    Konvenut: Ministerstvo vnitra

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 14(4) u (6) tad-Direttiva 2011/95/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija huwa invalidu minħabba li jikser l-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 78(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tal-UE fis-sens tal-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?


    (1)  ĠU 2011 L 337, p. 9.


    Top