Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0231

Kawża C-231/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ April 2016 – Merck KGaA vs Merck & Co. Inc. et

ĠU C 279, 1.8.2016, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ April 2016 – Merck KGaA vs Merck & Co. Inc. et

(Kawża C-231/16)

(2016/C 279/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Merck KGaA

Konvenuti: Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme Corp, MSD Sharp & Dohme GmbH

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “l-istess kawża” fl-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jissodisfaw dan l-element kostituttiv il-manutenzjoni u l-użu ta’ preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju li hija aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, fir-rigward ta’ liema nbdew proċedimenti ta’ vjolazzjoni bejn l-istess partijiet quddiem il-qrati ta’ diversi Stati Membri, quddiem waħda minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni u quddiem l-oħra minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali?

2)

Il-kunċett ta’ “l-istess kawża” fl-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jissodisfaw dan l-element kostituttiv il-manutenzjoni u l-użu ta’ kontenut fuq l-internet aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominji rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, fir-rigward ta’ liema nbdew proċedimenti ta’ vjolazzjoni bejn l-istess partijiet quddiem il-qrati ta’ diversi Stati Membri, quddiem waħda minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni u quddiem l-oħra minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali?

3)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta “qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” ta’ Stat Membru tiġi adita b’“kawża ta’ vjolazzjoni” għall-vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni minħabba l-manutenzjoni ta’ preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju li hija aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, u jkunu ġew invokati drittijiet taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 rigward atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, hija għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 biss għat-territorju tal-Istat Membru l-ieħor, li fih qorti ġiet adita “l-ewwel” b’kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali (li hija identika u li tkopri oġġetti identiċi bħat-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”) minħabba l-manutenzjoni u l-użu tal-istess preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi koperti huma identiċi, jew, f’sitwazzjoni bħal din, għandha l-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”, sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi huma identiċi, tirrinunzja l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet kollha mressqa quddiemha taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għal atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri u għaldaqstant fir-rigward ta’ azzjonijiet li jirreferu għall-Unjoni?

4)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta “qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” ta’ Stat Membru tiġi adita b’“kawża ta’ vjolazzjoni” ta’ trade mark tal-Unjoni minħabba l-manutenzjoni ta’ kontenut fuq l-internet aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominju rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, u jkunu ġew invokati drittijiet taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 rigward atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, hija għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 biss għat-territorju tal-Istat Membru l-ieħor, li fih qorti ġiet adita “l-ewwel” b’kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali (li hija identika u li tkopri oġġetti identiċi bħat-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”) minħabba l-manutenzjoni u l-użu tal-istess preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominji rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi koperti huma identiċi, jew, f’sitwazzjoni bħal din, għandha l-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”, sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi huma identiċi, tirrinunzja l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet kollha mressqa quddiemha taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) għal atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri u għaldaqstant fir-rigward ta’ azzjonijiet li jirreferu għall-Unjoni?

5)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irtirar ta’ kawża – mressqa quddiem “qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” ta’ Stat Membru, għal vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni minħabba l-manutenzjoni ta’ preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, li biha kienu inizjalment inbdew azzjonijiet taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 rigward atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri – fir-rigward tat-territorju tal-Istat Membru l-ieħor li fih qorti ġiet adita l-ewwel b’kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali (li hija identika u li tkopri oġġetti identiċi bħat-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”) minħabba l-manutenzjoni u l-użu tal-istess preżenza fuq l-internet taħt l-istess dominju fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, jipprekludi rinunzja tal-ġurisdizzjoni mill-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” taħt l-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi koperti mit-trade marks huma identiċi?

6)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irtirar ta’ kawża – mressqa quddiem “qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” ta’ Stat Membru, għal vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni minħabba l-manutenzjoni ta’ kontenut fuq l-internet aċċessibbli b’mod identiku fid-dinja kollha u għalhekk fl-Unjoni, taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominji rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, permezz ta’ liema ġew invokati drittijiet taħt l-Artikoli 97(2) u 98(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 rigward atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew li għandhom mnejn jitwettqu fit-territorju ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri – fir-rigward tat-territorju tal-Istat Membru l-ieħor li fih qorti ġiet adita l-ewwel b’kawża ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali (li hija identika u li tkopri oġġetti identiċi bħat-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel”) minħabba l-manutenzjoni u l-użu tal-istess kontenut fuq l-internet taħt id-dominji “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” rispettivament – fir-rigward tad-dominji rilevanti “facebook.com” u/jew “youtube.com” u/jew “twitter.com” – taħt l-istess user names, jipprekludi rinunzja tal-ġurisdizzjoni mill-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” taħt l-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn kemm it-trade marks infushom kif ukoll l-oġġetti u s-servizzi koperti mit-trade marks huma identiċi?

7)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “fejn it-trade marks in kwistjoni huma identiċi u validi fir-rigward ta’ prodotti u servizzi identiċi” jimplika li, f’sitwazzjoni fejn it-trade marks ikunu identiċi, il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” hija mingħajr ġurisdizzjoni biss sa fejn it-trade mark tal-Unjoni u t-trade mark nazzjonali rispettiva huma rreġistrati għall-istess oġġetti u/jew servizzi, jew il-“qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel” hija kompletament mingħajr ġurisdizzjoni, anki fejn it-trade mark tal-Unjoni invokata quddiem dik il-qorti tipproteġi wkoll oġġetti u/jew servizzi addizzjonali li ma humiex protetti mit-trade mark nazzjonali l-oħra, li għaliha l-atti kkontestati jistgħu jkunu identiċi jew simili?


(1)  ĠU L 78, p. 1.


Top