Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0223

    Kawża C-223/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ April 2016 – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti - Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Azienda Regionale Campana per la Difesa del Suolo - A.R.CA.DI.S.

    ĠU C 251, 11.7.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 251/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ April 2016 – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti - Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Azienda Regionale Campana per la Difesa del Suolo - A.R.CA.DI.S.

    (Kawża C-223/16)

    (2016/C 251/12)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato (l-Italja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Casertana Costruzioni Srl

    Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti - Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Azienda Regionale Campana per la Difesa del Suolo - A.R.CA.DI.S.

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE (1), kif issostitwiti bl-Artikolu 63 tad-Direttiva 2004/24/UE (2), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, jew li tista’ tiġi interpretata fis-sens li teskludi, il-possibbiltà għall-operatur ekonomiku, jiġifieri għall-parti li qed tikkompeti fis-sejħa għal offerti, li jindika impriża oħra minflok dik inizjalment magħżula bħala “impriża awżiljarja” u li tkun tilfet, totalment jew parzjalment, ir-rekwiżiti sabiex tipparteċipa fis-sejħa għal offerti, li jimplika li dan l-operatur ekonomiku jiġi eskluż mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti għal raġunijiet li ma humiex attribwibbli għalih, kemm oġġettivament u kif ukoll suġġettivament?


    (1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

    (2)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


    Top