Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0165

    Kawża C-165/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Toufik Lounes vs Secretary of State for the Home Department

    ĠU C 191, 30.5.2016, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Toufik Lounes vs Secretary of State for the Home Department

    (Kawża C-165/16)

    (2016/C 191/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court).

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Toufik Lounes

    Konvenuta: Secretary of State for the Home Department.

    Domandi preliminari

    Meta persuna li għandha n-nazzjonalità Spanjola u hija ċittadin tal-Unjoni:

    i.

    tmur tgħix fir-Renju Unit fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha għall-moviment liberu skont id-Direttiva 2004/38/KE (1); u

    ii.

    tirrisjedi fir-Renju Unit fl-eżerċizzju tad-dritt li jipprovdilha l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38/KE; u

    iii.

    sussegwentement tikseb iċ-ċittadinanza Brittanika, li hija tippossjedi flimkien maċ-ċittadinanza tagħha Spanjola bħala ċittadinanza doppja; u

    iv.

    bosta snin wara li tikseb iċ-ċittadinanza Brittanika, tiżżewweġ ċittadin ta’ pajjiż terz li miegħu tirrisjedi fir-Renju Unit;

    hija u l-konjuġi tagħha t-tnejn li huma jibbenefikaw mid-Direttiva 2004/38/KE fis-sens tal-Artikolu 3(1) meta hija tirrisjedi fir-Renju Unit u għandha kemm iċ-ċittadinanza Spanjola kif ukoll dik Brittanika?


    (1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


    Top