Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0161

    Kawża C-161/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Airhelp Limited vs Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S

    ĠU C 175, 17.5.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Airhelp Limited vs Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S

    (Kawża C-161/16)

    (2016/C 175/15)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Attunda tingsrätt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Airhelp Limited

    Konvenuti: Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 2(g) u l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jibbenefika minn kumpens, passiġġier għandu jkollu post riżervat (jiġifieri d-dritt li jkollu l-post proprju tiegħu fl-ajruplan) jew inkella huwa biżżejjed li l-passiġġier ikun irċieva konfermazzjoni tal-prenotazzjoni tiegħu għat-titjira (jiġifieri d-dritt li jivjaġġa fl-ajruplan)?

    2)

    Biljett bi prezz imnaqqas għal wild li ma għandux il-post propju tiegħu matul il-vjaġġ fl-ajruplan, iżda li jivvjaġġa akkompanjati minn passiġġier ieħor, għandu jitqies li huwa għad-dispożizzjoni direttament jew indirettment għall-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 261/2004?


    (1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top