EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0568

Kawża C-568/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürtingen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Faiz Rasool (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi ta’ ħlas — Direttiva 2007/64/KE — Artikolu 3(e) u (o) — Il-punt 3 tal-Artikolu 4 — Anness — Punt 2 — Kamp ta’ applikazzjoni — Operat ta’ distributuri multifunzjonali li jippermettu l-irtirar ta’ flus kontanti fis-swali tal-logħob tal-ażżard — Koerenza tal-prattika repressiva tal-awtoritajiet nazzjonali — Konfiska tas-somom miksuba permezz ta’ attività illegali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 17)

ĠU C 166, 14.5.2018, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürtingen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Faiz Rasool

(Kawża C-568/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi ta’ ħlas - Direttiva 2007/64/KE - Artikolu 3(e) u (o) - Il-punt 3 tal-Artikolu 4 - Anness - Punt 2 - Kamp ta’ applikazzjoni - Operat ta’ distributuri multifunzjonali li jippermettu l-irtirar ta’ flus kontanti fis-swali tal-logħob tal-ażżard - Koerenza tal-prattika repressiva tal-awtoritajiet nazzjonali - Konfiska tas-somom miksuba permezz ta’ attività illegali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 17))

(2018/C 166/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürtingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Faiz Rasool

Fil-preżenza ta’: Rasool Entertainment GmbH

Dispożittiv

Il-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Anness tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ rtirar ta’ flus kontanti, offrut minn operatur ta’ swali tal-logħob lill-klijenti tiegħu permezz ta’ distributuri multifunzjonali installati fl-imsemmija swali, ma jikkostitwixxix “servizz ta’ ħlas”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta l-operatur ma jwettaq l-ebda tranżazzjoni fuq il-kontijiet ta’ ħlas tal-imsemmija klijenti u meta l-attivitajiet li huwa jeżerċita f’dan ir-rigward huma limitati għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn id-distributuri kif ukoll għall-provvista tagħhom bil-flus kontanti.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017


Top