This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0506
Case C-506/16: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 7 September 2017 (request for a preliminary ruling from the Tribunal da Relação do Porto — Portugal) — José Joaquim Neto de Sousa v Portuguese State (Reference for a preliminary ruling — Insurance against civil liability in respect of the use of motor vehicles — Directive 72/166/EEC — Directive 84/5/EEC — Directive 90/232/EEC — Driver responsible for the accident which caused the death of his spouse, a passenger in the vehicle — National legislation excluding compensation for material damage suffered by the driver responsible for the accident)
Kawża C-506/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugal) – José Joaquim Neto de Sousa vs Estado português (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Direttiva 84/5/KEE — Direttiva 90/232/KEE — Sewwieq responsabbli għall-inċident li kkaġuna l-mewt tal-konjuġi tiegħu, passiġġiera fil-vettura — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-kumpens għad-dannu materjali mġarrab mis-sewwieq responsabbli għall-inċident)

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugal) – José Joaquim Neto de Sousa vs Estado português
(Kawża C-506/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Direttiva 84/5/KEE - Direttiva 90/232/KEE - Sewwieq responsabbli għall-inċident li kkaġuna l-mewt tal-konjuġi tiegħu, passiġġiera fil-vettura - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-kumpens għad-dannu materjali mġarrab mis-sewwieq responsabbli għall-inċident))
(2017/C 374/10)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: José Joaquim Neto de Sousa
Konvenut: Estado português
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, u t-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għas-sewwieq ta’ vettura bil-mutur, responsabbli, bi ħtija tiegħu, għal inċident tat-traffiku li kkaġuna l-mewt tal-konjuġi tiegħu, passiġġiera f’din il-vettura, li jingħata kumpens għad-dannu materjali li huwa ġarrab minħabba dan il-mewt.