Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0248

    Kawża C-248/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Konċentrazzjoni ta’ impriżi — Regolament (KE) Nru 139/2004 — Artikolu 3(1)b u (4) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “konċentrazzjoni” — Tibdil tan-natura tal-kontroll ta’ impriża eżistenti, li minn esklużiv isir bi sħab — Ħolqien ta’ impriża konġunta li twettaq, fuq bażi dewwiema, il-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma)

    ĠU C 374, 6.11.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt

    (Kawża C-248/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni ta’ impriżi - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Artikolu 3(1)b u (4) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “konċentrazzjoni” - Tibdil tan-natura tal-kontroll ta’ impriża eżistenti, li minn esklużiv isir bi sħab - Ħolqien ta’ impriża konġunta li twettaq, fuq bażi dewwiema, il-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma))

    (2017/C 374/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Austria Asphalt GmbH & Co OG

    Konvenut: Bundeskartellanwalt

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), għandu jiġi interpretat fis-sens li konċentrazzjoni għandha titqies imwettqa bħal riżultat ta’ bidla fin-natura tal-kontroll eżerċitat fuq impriża eżistenti, li, qabel kien esklużiv, u sar bi sħab, biss bil-kundizzjoni li l-impriża konġunta bħala riżultat ta’ din l-operazzjoni twettaq fuq bażi dewwiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma.


    (1)  ĠU C 260, 18.07.2016.


    Top