Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0206

    Kawża C-206/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Marco Tronchetti Provera SpA et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — Direttiva 2004/25/KE — Offerti pubbliċi ta’ xiri — It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 5(4) — Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità superviżorja li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u wieħed jew iktar mill-bejjiegħa

    ĠU C 300, 11.9.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Marco Tronchetti Provera SpA et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

    (Kawża C-206/16) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2004/25/KE - Offerti pubbliċi ta’ xiri - It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 5(4) - Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità superviżorja li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u wieħed jew iktar mill-bejjiegħa)

    (2017/C 300/06)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Marco Tronchetti Provera SpA, Antares European Fund Limited, Antares European Fund II Limited, Antares European Fund LP, Luca Orsini Baroni, UniCredit SpA, Camfin SpA

    Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

    fil-preżenza ta’: Camfin SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA, Antares European Fund Limited, Antares European Fund II Limited, Antares European Fund LP, Luca Orsini Baroni, Marco Tronchetti Provera & C. SpA, UniCredit SpA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 2004/25/KE, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità superviżorja nazzjonali, li żżid il-prezz ta’ OPA f’każ ta’ kollużjoni mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza dan il-kunċett, sakemm l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett tista’ tiġi dedotta b’mod suffiċjentement ċar, preċiż prevedibbli minn din il-leġiżlazzjoni, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti mid-dritt intern.


    (1)  ĠU C 251, 11.07.2016.


    Top