EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0174

Kawża C-174/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin- il-Ġermanja) – H. vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2010/18/UE — Ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali — Klawżola 5(1) u (2) — Ritorn minn leave parentali — Dritt ta’ ritorn għall-istess impjieg jew impjieg ekwivalenti jew simili — Żamma kif inhuma tad-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu — Uffiċjal ta’ Land promoss bħala uffiċjal bi prova għal pożizzjoni ta’ tmexxija — Leġiżlazzjoni ta’ dan il-Land li tipprevedi t-tmiem tal-perijodu ta’ prova ipso iure u mingħajr possibbiltà ta’ estensjoni fl-iskadenza ta’ perijodu ta’ sentejn, anki f’każ ta’ assenza li tirriżulta minn leave parentali — Inkompatibbiltà — Konsegwenzi)

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin- il-Ġermanja) – H. vs Land Berlin

(Kawża C-174/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2010/18/UE - Ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali - Klawżola 5(1) u (2) - Ritorn minn leave parentali - Dritt ta’ ritorn għall-istess impjieg jew impjieg ekwivalenti jew simili - Żamma kif inhuma tad-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu - Uffiċjal ta’ Land promoss bħala uffiċjal bi prova għal pożizzjoni ta’ tmexxija - Leġiżlazzjoni ta’ dan il-Land li tipprevedi t-tmiem tal-perijodu ta’ prova ipso iure u mingħajr possibbiltà ta’ estensjoni fl-iskadenza ta’ perijodu ta’ sentejn, anki f’każ ta’ assenza li tirriżulta minn leave parentali - Inkompatibbiltà - Konsegwenzi))

(2017/C 374/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: H.

Konvenut: Land Berlin

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, tat-8 ta’ Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-promozzjoni definittiva għal pożizzjoni ta’ tmexxija tas-servizz pubbliku għall-kundizzjoni li l-kandidat magħżul iwettaq b’suċċess perijodu ta’ prova preliminari ta’ sentejn f’din il-pożizzjoni u, skont din il-kundizzjoni, f’sitwazzjoni fejn tali kandidat isib ruħu, matul il-parti l-kbira ta’ dan il-perijodu ta’ prova, f’leave parentali, u jkun għadu dejjem jinsab fih, dan il-perijodu ta’ prova jintemm legalment fit-tmiem ta’ dan il-perijodu ta’ sentejn, mingħajr ma estensjoni tiegħu tkun possibbli, fejn il-persuna kkonċernata, konsegwentement, tiġi integrata mill-ġdid, mar-ritorn tagħha mil-leave parentali, fil-funzjoni, ta’ livell inferjuri kemm fil-grad statutorju kif ukoll fil-qasam ta’ remunerazzjoni, li hija kienet tokkupa qabel l-ammissjoni tagħha għal dan il-perijodu ta’ prova. Il-ksur hekk magħmul fir-rigward ta’ din il-klawżola ma jistax jiġi ġġustifikat mill-għan li għandu jintlaħaq mill-istess perijodu ta’ prova, li jikkonsisti li tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni tal-kompetenza li tiġi okkupata l-pożizzjoni ta’ tmexxija permanenti.

2)

Hija l-qorti tar-rinviju, skont il-bżonn billi tiċħad il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha tivverifika, hekk kif teħtieġ il-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali li jinsab fl-anness tad-Direttiva 2010/18, jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-Land ikkonċernat kienx, fil-kwalità tiegħu bħala persuna li timpjega, fl-impossibbiltà oġġettiva li jippermetti lill-persuna kkonċernata li tirritorna għall-istess impjieg fit-tmiem tal-leave parentali tagħha u, fl-affermattiv, li jiżgura li lilha jingħata impjieg ekwivalenti jew simili u konsistenti mal-kuntratt tagħha jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħha mingħajr ma dan l-għoti ta’ pożizzjoni jista’ jkun suġġett li qabel isseħħ proċedura ta’ selezzjoni ġdida. Hija wkoll din il-qorti li għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata tkun tista’, fit-tmiem ta’ dan il-leave parentali, twettaq, fl-impijeg li tirritorna lejh jew mill-ġdid mogħti lilha, perijodu ta’ prova f’kundizzjonijiet li jkunu konformi mar-rekwiziti li jirriżultaw mill-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas irrevedut.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


Top