Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0778

    Kawża T-778/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – It Works vs UASI – KESA Holdings Luxembourg (IT it WORKS)

    ĠU C 90, 7.3.2016, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 90/21


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – It Works vs UASI – KESA Holdings Luxembourg (IT it WORKS)

    (Kawża T-778/15)

    (2016/C 090/29)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: It Works S.A. (Krakow, il-Polonja) (rappreżentant: J. Aftyka, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KESA Holdings Luxembourg Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “IT it WORKS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 359 222

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26/10/2015 fil-Każ R 2106/2014-4

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tas-servizzi li għalihom ntlaqgħet l-oppożizzjoni;

    tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni bid-data tas-17/06/2014 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 001988727 fir-rigward tas-servizzi li għalihom ntlaqgħet l-oppożizzjoni;

    tibgħat il-kawża lura għand l-UASI sabiex ikun jista’ jemenda d-deċiżjoni fuq is-sustanza tal-każ u jirreġistra t-trade mark Komunitarja Nru 010359222 fir-rigward tas-servizzi kollha koperti, bla ħsara għal dawk li mhumiex ikkontestati;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top