Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0584

Kawża T-584/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2015 – POA vs Il-Kummissjoni

ĠU C 406, 7.12.2015, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/40


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2015 – POA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-584/15)

(2015/C 406/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pagkyprios organismos ageladotrofon Dimosia Ltd (POA) (Latsia, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-fajl CY/PDO/0005/01243 sottomess mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru għar-raġuni li kien jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012 L 343, p. 1), kif provduti mill-Artikolu 50(1) ta’ dan ir-regolament, u li tipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bir-referenza 2015/C 246/12;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

L-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 tmur lil hinn mill-istandard CYS 94 (Parti 1 & 2) 1985 dwar il-kontenut ta’ ħalib fil-proċess ta’ produzzjoni tal-ġobon “Halloumi”.

L-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 tikser l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma vverifikatx il-konformità tal-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 mal-proċedura prevista mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Ma ngħatax terminu raġonevoli sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għal appell.

L-awtoritajiet nazzjonali ma eżaminawx b’mod xieraq l-oġġezzjoni mqajma mir-rikorrenti.


Top