Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0461

    Kawża T-461/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Guccio Gucci vs UASI – Guess? IP Holder (Rappreżentazzjoni ta’ sinjali minsuġa)

    ĠU C 328, 5.10.2015, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/32


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Guccio Gucci vs UASI – Guess? IP Holder (Rappreżentazzjoni ta’ sinjali minsuġa)

    (Kawża T-461/15)

    (2015/C 328/29)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guess? IP Holder LP (Los Angeles, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkontestata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ sinjali minsuġa) – Trade mark Komunitarja Nru 5 538 012

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2049/2014-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti waqt dawn il-proċedimenti;

    tikkundanna lill-Guess? IP Holder LP għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti kemm quddiem id-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell tal-UASI.

    Motiv(i) invokat(i)

    Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top