EUR-Lex Πρόσβαση στο δίκαιο της Ευρωπαϊκής Ένωσης

Επιστροφή στην αρχική σελίδα του EUR-Lex

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 62015TN0381

Kawża T-381/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – IMG vs Il-Kummissjoni

ĠU C 337, 12.10.2015, σ. 20 έως 22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/20


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/15)

(2015/C 337/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: International Management Group IMG (Brussell, il-Belġju)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2015 li biha għandhom jitwettqu miżuri msaħħa ta’ awditjar u ta’ monitoraġġ, li titwettaq senjalazzjoni ta’ verifika taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2014, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi, u li tirrifjuta lil IMG il-kwalità ta’ organizzazzjoni internazzjonali taħt ir-regolament finanzjarju;

tikkundanna lill-konvenuta għall-kumpens għad-dannu materjali u morali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi li jikkonċernaw aspetti differenti tad-deċiżjoni kkontestata.

Fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, u tad-Dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fir-rigward tad-deċiżjoni li jiġi rrifjutat lir-rikorrenti l-istatus ta’ organizzazzjoni internazzjonali fis-sens tal-regolament finanzjarju

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 (1) u tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 (2), kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni ddeċidiet li r-rikorrenti ma kinitx iktar tissodisfa l-kwalità ta’ organizzazzjoni internazzjonali fis-sens tar-regolamenti ċċitati iktar ‘il fuq.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn il-Kummissjoni ma tispjegax għaliex hija tqis li r-rikorrenti ma tissodisfax iktar il-kriterji ta’ definizzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali, u ma tispjegax il-bidla sostanzjali li hija wettqet fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tar-regolament finanzjarju fir-rigward ta’ sitwazzjoni fattwali u ġuridika (dik tar-rikorrenti) li ma nbidlitx.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-esklużjoni tar-rikorrenti mill-istatus ta’ organizzazzjoni internazzjonali saret għal għarrieda u mingħajr perijodu tranżitorju.

Fir-rigward tad-deċiżjoni li titwettaq senjalazzjoni fil-kuntest tas-sistema ta’ twissijiet bikrija (SAP)

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq illegalità tad-Deċiżjoni 2014/792/UE (3), sa fejn ma kienx hemm bażi ġuridika għall-adozzjoni tagħha.

8.

It-tmien motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, tad-dritt għal smigħ u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad- 29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).

(3)  Deċiżjoni 2014/792/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Novembru 2014, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 329, p. 68).


Επάνω