This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0325
Case T-325/15: Action brought on 22 June 2015 — Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató v OHIM — Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)
Kawża T-325/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)
Kawża T-325/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)
Information about publishing Official Journal not found, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/41 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)
(Kawża T-325/15)
(2015/C 279/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Á. László, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Budapest, l-Ungerija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Choco love” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 496 916
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1369/2014-1
Talbiet
— |
tilqa’ r-rikors, timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “Choco love”; jew sussidjarjament: |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |