This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TB0069
Case T-69/15: Order of the General Court of 16 July 2015 — NK Rosneft and Others v Council (Action for annulment — Common foreign and security policy — Restrictive measures adopted in view of Russia’s actions destabilising the situation in Ukraine — Lis pendens — Manifest inadmissibility)
Kawża T-69/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – NK Rosneft et vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adotatti fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina — Lis alibi pendens — Inammissibbiltà manifesta”)
Kawża T-69/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – NK Rosneft et vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adotatti fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina — Lis alibi pendens — Inammissibbiltà manifesta”)
ĠU C 337, 12.10.2015, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/12 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – NK Rosneft et vs Il-Kunsill
(Kawża T-69/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adotatti fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Lis alibi pendens - Inammissibbiltà manifesta”))
(2015/C 337/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NK Rosneft OAO (Moska, ir-Russja); RN-Shelf-Arctic OOO (Moska); RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO (Yuzhniy-Sakhalin, ir-Russja); RN Exploration OOO (Moska); u Tagulskoe OOO (Krasnoyarsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK, tal-4 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina u d-Deċiżjoni 2014/659/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (ĠU L 349, p. 58), kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014, tal-4 ta’ Diċembru 2014, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, u jemenda r-Regolament (UE) Nru 960/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (ĠU L 349, p. 20), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli |
2) |
NK Rosneft OAO, RN-Shelf-Arctic OOO, RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO, RN-Exploration OOO, u Tagulskoe OOO għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |