Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0683

    Kawża T-683/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Freistaat Bayern vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għas-settur tal-ħalib ta’ Bayern — Finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Drittijiet proċedurali tal-Land ta’ Bayern — Artikolu 108(2) TFUE — Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”)

    ĠU C 72, 25.2.2019, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Freistaat Bayern vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-683/15) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għas-settur tal-ħalib ta’ Bayern - Finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Drittijiet proċedurali tal-Land ta’ Bayern - Artikolu 108(2) TFUE - Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”))

    (2019/C 72/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Freistaat Bayern (rappreżentanti: U. Soltész u H. Weiß, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, K. Herrmann u P. Němečková, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432 tat-18 ta’ Settembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam (ĠU 2015, L 334, p. 23).

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432 tat-18 ta’ Settembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam għandhom jiġu annullati sa fejn huwa deċiż permezz tagħhom li l-għoti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ta’ għajnuna mill-Istat huwa inkompatibbli mas-suq intern f’dak li jirrigwarda t-testijiet tal-kwalità tal-ħalib imwettqa f’Bayern u tordna l-irkupru ta’ din l-għajnuna.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Freistaat Bayern.


    (1)  ĠU C 48, 8.2.2016


    Top