Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0037

    Kawża T-37/15 u T-38/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Abertis Telecom Terrestre u Telecom Castilla-La Mancha vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ impriża — Attività ekonomika — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Artikolu 107(3)(c) TFUE — Għajnuna ġdida”)

    ĠU C 38, 6.2.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Abertis Telecom Terrestre u Telecom Castilla-La Mancha vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-37/15 u T-38/15) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Għajnuna ġdida”))

    (2017/C 038/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Abertis Telecom Terrestre, SA (Barcelona, Spanja), Telecom Castilla-La Mancha, SA (Toledo, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo, A. Balcells Cartagena u M. Bolsa Ferruz, sussegwentement J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u M. Bolsa Ferruz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, P. Němečková u B. Stromsky, aġenti)

    Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno u V. Romero Algarra, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6846 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27408 [(C 24/2010) (ex NN 37/2010, ex CP 19/2009)] implementata mill-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha favur it-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni C(2015) 7193 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2015, li tikkoreġi ċerti żbalji li jinsabu fid-Deċiżjoni C(2014) 6846 finali.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda

    2)

    Abertis Telecom Terrestre, SA u Telecom Castilla-La Mancha, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SAS Astra.


    (1)  ĠU C 89, 16.3.2015


    Top